DĦUL FIL-FORM 1 FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA F’GĦAWDEX

AVVIŻ
MIS-SEMINARJU MINURI U MILL-ISKOLA SEKONDARJA TAL-KONSERVATORJU TAL-ISQOF TAD-DJOĊESI T’GĦAWDEX


Il-ġenituri/kustodji tal-Istudenti ta’ Year 6 iIli jattendu fl-Iskejjel Primarji tal-Istat, DEJJEM JEKK IRIDU, huma ġentilment mitluba jirreġistraw lil uliedhom għad-Dħul fl-Ewwel Klassi tas-Seminarju Minuri u tal-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof nhar it-Tlieta u l-Erbgħa, 20 u 21 ta’ Marzu mid-9:00 a.m. sal-11.30 a.m.

L-applikazzjonijiet għat-tfal subien jimtlew fis-Seminarju Minuri waqt li għat-tfal bniet jimtlew fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (dħul mill-parking tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex). Min japplika mitlub jieħu miegħu: Ċertifikat oriġinali tat-Twelid tat-tifel/tifla kif ukoll żewġ ritratti tiegħu/tagħha. Tkun mitluba wkoll l-Karta tal-Identità tal-Ġenituri. It-tfal iridu jkunu mwielda bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2001. Isir ħlas ta’ €10 mal-applikazzjoni.