Titħabbar il-mewt ta’ Mons Annetto Depasquale, Isqof Awżiljarju ta’ Malta

30 ta’ Novembru 2011

KOMUNIKAT

Ilbieraħ, 29 ta’ Novembru, tħabbret il-mewt tal-Isqof Annetto Depasquale li huwa minn Ħal Qormi. Huwa kien Isqof Awżiljarju u Isqof Titulari ta’ Aradi. L-Isqof Depasquale li kellu 73 sena miet fit-3.45 p.m.

Ningħaqdu mal-Knisja f’Malta fin-niket għal din it-telfa, filwaqt li nitolbu lil Alla jilqa’ lil Mons Depasquale fil-ferħ tas-Sema. RIP