Funeral tal-Isqof Depasquale

30 ta’ Novembru 2011

FUNERAL TAL-ISQOF ANNETTO DEPASQUALE
ISQOF TITULARI TA’ ARADI U ISQOF AWŻILJARJU

Illum, l-Erbgħa, 30 ta’ Novembru 2011, fid-9.00 a.m. jitlaq il-korteo mir-residenza ta’ Mons. Depasquale (94, Triq il-Kbira, Ħal Qormi) għall-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi. Hemmhekk huwa ser jitqiegħed għall-qima tal-pubbliku sal-10.00 p.m. Fis-6.00 p.m. issir velja ta’ talb.
Il-Ħamis, l-1 ta’ Diċembru 2011, il-korteo jitlaq mill-parroċċa ta’ San Ġorġ fit-8.15 a.m. għall-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn jitqiegħed għall-qima tal-pubbliku sas-1.00 p.m. Fis-2.00 p.m. l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. imexxi Quddiesa konċelebrata b’suffraġju għal ruħu.
Il-korteo jkompli f’forma privata saċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata, Raħal Ġdid, fejn issir id-difna fil-qabar tal-familja.