Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.25

25 ta Ottubru, 2011
Zjara lill-emigranti f’ Adelaide
Dalghodu l-Isqof Grech wasal  fil-belt kapitali ta Istat ta South Australia, Adeliade. Fl-ajruport sab jilqugh lil Patri Gabriel Micallef ofm, minn San Lawrenz Ghawdex,  lil Sr Giovanna Gauci, mill-parrocca ta San Gorg Victoria, li attwalment hija superjura Regjunali tas-sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta Gesu u rapprezentanti tal-komunita Maltija f’din il-belt.
L-ewwel laqgha saret mas-sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta Gesu f’Lockleys fejn ghandhom zewg komunitajiet  – wahda fid-dar Regjunali u ohra f’ dart al-anzjani San Rafel.  Attwalment fl-Awstralja hawn madwar 25 soru minn din il-Kongregazzjoni li kellha t-twaqqif taghha fid-djocesi t’Ghawdex permezz tal-hidma tal-Qaddeja t’Alla Madre Margerita Debrincat u Dun Guzepp Diacono.  Dawn is-sorijiet gew l-Awstralja ghall-ewwel darba fl-1954 meta fethu dar f’Mackay, Queensland wara zjara li kien ghamel fl-Awstralja sena qabel, l-Arcisqof Mikiel Gonzi.

Zjara lil-parrocca ta San Luqa f’Noarlanga
Il-kappillan Fr Charles Gauci, sacerdot Malti, laqa lill-Isqof Grech fil-parrocca tieghu ddedikata lil San Luqa f’Noarlanga. Jghin lil Fr Gauci hemm Fr. Alfred Farrugia mssp. Hawnhekk l-Isqof Grech kellu kollokwju mal-Vigarju Generali Philip Marshall li wassal it-tislijiet tal-Arcisqof Philip Wilson, President tal-Konferenza Episkopali Awstraljna, li bhalissa jinsab Ruma ghaz-zjara ad limina.  Sentejn ilu, wiehed mis-seminiarsiti taghna, illum Djaknu Mark Bonello, kien ghamel l-esperjenza tas-sena intermedjarja f’din il-parrocca. Dawn iz-zewg sacerdoti jiehdu hsieb tlett knejjes ohra fil-madwar.
Quddiesa fil-Knisja Christ the King
Filghaxija l-Isqof Grech iltaqa mal-komunita Maltija f’Adelaide fil-knisja parrokkjali ta Kristu Re, Lockleys. Sa ftit snin din il-knisja kienet taht ir-responsabuilita pastorali tal-Frangiskani Minuri Maltin. Fost dawk li servew f’din il-parrocca, kien hemm P. Pietru Pawl Meilak ofm minn Nadur.  Fil-bidu tal-quddiesa saru zewg diskorsi ta merhba, wiehed minn Patri Gabriel Micallef ofm li huwa l-kappillan tal-komunita Maltija f’Adelaide u iehor mis-Superjura Regjunali Sr Giovanna Gauci.
Jikkoncelebraw mal-Isqof Grech kien hemm Fr Gabriel Micallef ofm, Fr Charles Gauci, Fr Alfred Farrugia, Fr Eddie Zammit, Fr. John Sultana, Fr Remig Galea ofm cap.,  Arcipriet ta San Gorg  Pawlu Cardona.
Mons Isqof Grech fakkar fil-mewt ta Guzeppi Cremona, missier l-Arcisqof ta Malta u stieden lil gemgha tinghaqad mieghu li offra l-quddiesa b’suffragju tieghu.
Fl-omelija l-Isqof Grech tkellem dwar is-sejha u l-missjoni tan-nisrani li jikkoopera ma Alla li jrid iwaqqaf it-tinda tieghu fost il-bnedmin biex had ma jhossu barrani! F’socjeta fejn hafna qed isibu ruhhom “bla dar” u wahidhom, important li jkun hemm “it-tinda tal-presenza” fejn mhux biss il-bniedem ihoss li hemm ohrajn presenti ghalih, imma jhoss ukoll li Alla huwa presenti ghalih – li hadd ma huwa minsi u abbandunat.  Il-Knisja hija din “it-tinda” jew “dar” ta Alla u tal-bniedem. Bil-qawwa tal-maghmudija, kull nisrani huwa “ gebla hajja” f’din il-binja miftuha ghal kulhadd. Il-knisja tal-gebel hija mehtiega; pero din il-binja materjali trid tkun rifless tal-binja hajja maghmula mill-komunita ekklessjali.  Ic-ciment li jghaqqad flimkien din il-binja jew il-hbula li jorbtu din t-tinda, huma l-hajja talb, is-smiegh tal-Kelma u l-hajja tal-grazzja li normalment taslilna mill-ghejjun tas-sagramenti.

Wara l-quddiesa, kien hemm social ghall-emigranti prezenti li kellhom l-opportunita jitkellmu mal-Isqof Grech.  Waqt dan is-social hadet sehem il-banda Maltese Queen of Victories.  Fost dawk li kienu presenti kien hyemm is-Sur Frank Vassallo li huwa li huwa l-Konslu Onorarju ta Adelaide.