REĠISTRAZZJONI FIL-FORM 1 FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA F’GĦAWDEX

AVVIŻ
MIS-SEMINARJU MINURI U MILL-ISKOLA SEKONDARJA TAL-KONSERVATORJU TAL-ISQOF TAD-DJOĊESI  T’GĦAWDEX

Il-ġenituri/kustodji tal-Istudenti ta’ Year 6 illi jattendu fl-Iskejjel Primarji tal-Istat, DEJJEM JEKK IRIDU, huma ġentilment mitluba jirreġistraw lil uliedhom għad-Dħul fl-Ewwel Klassi tas-Seminarju Minuri u tal-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof nhar it-Tlieta u l-Erbgħa, 5 u 6 t’April mid-9:00 a.m. sal-11.30 a.m. 
 
L-applikazzjonijiet għat-tfal subien jimtlew fis-Seminarju Minuri waqt li għat-tfal bniet jimtlew fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (dħul mill-parking tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex). Min japplika mitlub jieħu miegħu: Ċertifikat oriġinali tal-Magħmudija u tat-Twelid tat-tifel/tifla kif ukoll żewġ ritratti tiegħu/tagħha.  Tkun mitluba wkoll il-Karta tal-Identita’ tal-Ġenituri.  It-tfal iridu jkunu mwielda bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2000.  Isir ħlas ta’ €10 mal-applikazzjoni.

Se ssir laqgħa informattiva dwar dawn l-applikazzjonijiet l-Erbgħa 30 ta’ Marzu 2011.  Fil-kas tas-Subien il-laqgħa ser tkun fis-Sala tal-Azzjoni Kattolika (dħul minn Triq Sir Arturo Mercieca, Victoria) fid-9.00 a.m.  Fil-kas tal-Bniet il-laqgħa ser tkun fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (dħul mill-parking tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex) fis-6.00 p.m.