Ħatra Vigarju Parrokkjali Parroċċa San Ġorġ

Illum, l-Erbgha 15 ta’ Dicembru, Mons Isqof Mario Grech hatar lil Mons Anton Borg bhala Vigarju Parrokkjali fil-Parrocca ta’ San Gorg, fir-Rabat, Ghawdex.

DIGRIET

Ħatra Vigarju Parrokkjali
Parroċċa San Ġorġ
Konxju mid-dmirijiet pastorali tiegħi, bi premura kbira lejn il-kura pastorali fil-parroċċa ta’ San Ġorġ, biex insaħħaħ il-ħidma pastorali fil-parroċċa kif ukoll biex insostni lill-Arċipriet Cardona; biex nevita li jippersistu azzjonijiet li jimminaw u jeskludu l-ministeru tal-Arċipriet kif ukoll biex nassigura li kull inizjattiva pastorali fil-parroċċa titlaq bl-approvazzjoni tal-awtorità leġittima fil-parroċċa, qed naħtar lil Mons Anton Borg bħala Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Hija xewqa tiegħi li din il-ħatra tgħin biex tissaħħaħ il-komunjoni ekkleżjali.
14 ta’ Diċembru 2010

+ Mario Grech                                   Dun Charles Sultana
Isqof ta’ Għawdex                            Segretarju

0 Responses to “Ħatra Vigarju Parrokkjali Parroċċa San Ġorġ”


  1. No Comments

Leave a Reply