IL-KNISJA U L-LIĠI TAL-VOLONTARJAT

Kemm-il darba ssemma u nkiteb fuq il-mezzi tax-xandir u l-istampa li l-Knisja f’Malta għandha xi diffikultajiet dwar il-Liġi li tirregola Organizazzjonijiet Volontarji u l-Amministrazzjoni tagħhom.
Ġieli ġie allegat li dawn id-diffikultajiet huma li l-Knisja ma tridx li tagħti rendikont skont din il-Liġi, tad-dħul u l-infieq finanzjarju tal-attivitajiet tal-Organizazzjonijiet tagħha. Dan mhux il-każ. Id-diffikultajiet huma ta’ natura oħra. Billi t-taħdidiet mal-awtoritajiet konċernati għadhom għaddejjin u jidhru li resqin lejn it-tmiem, jidhrilna li mhux prudenti nagħtu aktar dettalji.
L-Awtoritajiet tal-Knisja jirringrazzjaw lill-benefatturi li bl-offerti u s-sehem tagħhom isostnu l-hidmiet tal-organizazzjonijiet tal-Knisja b’risq min hu f’xi bzonn. Nirringrazzjaw ukoll lill-Awtoritajiet Ċivili li dejjem sabu mezz legali biex jibqgħu jagħtu s-sussidju tant meħtieġ biex dawn l-organizazzjonijiet jibqgħu jagħtu dan is-servizz.