Published on November 16, 2010
in 2010.
It-Tlieta 16 ta’ Novembru 2010
12.30: Tluq tal-Korteo mill-Isptar Mater Dei li jgħaddi mill-Mosta, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, Xemxija, Mellieħa.
13.30: Tluq mill-Marfa bil-Patrol Boat tal-Forzi Armati ta’ Malta.
14.00: It-tebut tal-Isqof Cauchi jiġi milqugħ l-Imġarr. Il-Korteo jgħaddi mit-toroq prinċipali ta’ Għawdex sal-Pjazza tal-Għarb.
15.00: Wasla fil-Pjazza tal-Għarb u dħul fil-Knisja Bażilika Kolleġġjata. Ikun hemm mumenti ta’ talb u wara Mons. Isqof Cauchi jkun espost għall-qima tal-Insara.
16.30: Tluq mill-Knisja tal-Għarb.
17.00: Wasla tal-Korteo quddiem il-Kurja Djoċesana fejn l-Isqof Cauchi ser ikun espost għall-qima pubblika.
17.15: Reċita tat-talba tar-Rużarju mis-saċerdoti.
18.00: Tibda l-qima għall-pubbliku.
21.00: Velja ta’ talb, mmexxija mill-Isqof Mario Grech madwar Mons. Isqof Cauchi.
22.30: Talb fis-skiet.
L-Erbgħa 17 ta’ Novembru 2010
08.30: Talb tat-Tifħir tas-Sbiħ il-Jum mis-saċerdoti madwar Mons. Isqof Cauchi
09.00: Tibda l-qima tal-pubbliku.
13.00: Tmiem tal-espożizzjoni għall-pubbliku.
14.30: Wasla tan-Nunzju Apostoliku u l-Isqfijiet.
14.40: Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr. Joseph Muscat.
14.45: Wasla tal-Prim Ministru, Dr. Lawrence Gonzi
14.50: Wasla tal-President tar-Republika, l-E.T. Dr. George Abela
15.00: Korteo Funebri lejn il-Katidral ta’ Għawdex.
15.30: Konċelebrazzjoni fil-Knisja Katidrali immexxija minn Mons. Isqof Mario Grech.
Difna f’forma privata fil-Katidral.
F’din l-okkażjoni huma apprezzati offerti lis-Seminarju Maġġuri tad-Djoċesi ta’ Għawdex b’suffraġju ta’ Mons. Isqof Nikol Cauchi.
Published on November 15, 2010
in 2010.
Id-Djocesi ta’ Ghawdex tinsab f’luttu peress li llum, l-Eccellenza Tieghu, Mons. N. Cauchi, Isqof Emeritus, ghamel il-passagg ghal hdan il-Missier etern. F’sens ta’ rispett filjali u bi gratiduni profonda lejn l-Isqof Cauchi li fl-episkopat tieghu rawwimna fil-fidi fi Kristu, sawwarna bhala Knisja u akkumpanjana fit-tibdil socjali li sehh f’dawn l-ahhar 40 sena, insejjah lill-Knisja kollha biex toffri talb b’sufragju tieghu. Dettalji dwar il-funeral jithabbru aktar tard.
Published on November 10, 2010
in 2010.
L-esperjenza tixhed li fil-ħajja tagħna l-bnedmin ħafna tensjonijiet ġew ikkalmati, żbalji kkorreġuti u kunflitti żarmati għax kien hemm medjazzjoni tajba. Ir-rwol tal-medjatur huwa vitali biex ikun hemm komunikazzjoni u hekk wieħed jasal għal għarfien tal-verità u jistabilixxi relazzjoni sinċiera u dejjiema. Meta l-medjazzjoni tkun fqira jew fallaċi jiddgħajfu r-relazzjonijiet u jkun hemm ħerba.
Fil-ħajja ordinarja tagħna l-ġisem uman huwa “medjatur” singulari biex il-bniedem jidħol f’komunjoni personali u rispettuża mal-oħrajn u jagħraf lilu u jaċċetta lilu nnifsu. Meta din il-medjazzjoni korporja hija żbaljata jew forsi wkoll nieqsa, il-kwalità tal-ħajja umana tbati. Huwa fatt li ċerti nies huma mdejqin għax mhumiex kuntenti bihom infushom, bħal fil-każ ta’ meta mhumiex komdi bil-fiżiku tagħhom u bl-orjentament sesswali tagħhom. Hemm oħrajn li jħallu l-egoiżmu tagħhom jifgahom tant li, billi ma jirnexxilhomx jidħlu f’relazzjoni ma’ ħaddiehor, għandhom diffikultà biex jagħrfu lilhom infushom u jingħalqu fihom infushom. Hemm imbagħad irġiel u nisa li, għalkemm iħossuhom li għandhom jidħlu f’relazzjoni ta’ mħabba ma’ persuni ta’ sess divers, għandhom diffikultà biex jaċċettaw lil ħaddiehor. Għandna koppji miżżewġa li jagħmlu ħajjithom infern għaliex ma jafux jirrelataw ma’ xulxin, anqas intimament! Fost iż-żwiġijiet li jfallu, hemm dawk li jibdlu lill-mara jew lir-raġel għas-sempliċi raġuni li ma jaċċetawx il-fatt li l-ġisem tas-sieħeb jew tas-sieħba għandu l-istorja tiegħu u għalhekk jitlef il-faxxinu tiegħu – għalhekk jitilfu lill-mara jew lir-raġel biex isibu ġisem iżgħar fl-età! Ukoll il-mod kif qed naħsbu dwar il-produzzjoni tal-ħajja umana u kif jidhrilna li nistgħu niddisponu mill-ħajja fl-ewwel fażijiet tat-tnissil, juri x’kunċett għandna tal-ġisem tal-bniedem.
Continue reading >>
Published on November 7, 2010
in 2010.
English Version
Meta nhar il-Ħadd, 31 ta Ottubru, l-Isqof Mario Grech tkellem dwar is-sesswalita umana, huwa qal li “s-sistema edukattiva tagħna tista tkun qed tagħmel abbuż fuq l-istudenti jekk flok ma tgħinhom jitgħallmu kif jedukaw l-enerġija sesswali tagħhom, toffrilhom tagħlim u mezzi bħalma huma l-kontraċettivi, biex iċedu għall-kultura tal-pjaċir”. Billi xi uħud interpretaw ħażin dan il-kliem, tajjeb li jiġi ppreċiżat:
Continue reading >>
Published on November 3, 2010
in 2010.
Komunikat mill-Isqof Mario Grech
Wara li bħal-lum ġimgħa l-Isqof Nikol Cauchi ddaħħal l-isptar u l-kundizzjoni tiegħu kienet kritika ħafna;
billi huma ħafna dawk li b’interess u rispett lejn l-Isqof Cauchi qed jistaqsuna jew jiktbulna biex ikunu jafu kif għadda;
nikkomunikalkom illi l-Isqof Cauchi kuljum qed jagħmel progress sinifikattiv. Barra mill-fatt li l-mediċina ħadmet fuqu, l-attenzjoni u l-kura li tah l-istaff kemm fl-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex kif ukoll fl-iSptar Mater Dei għenu biex minn nhar it-Tlieta Mons Cauchi m’għadux f’induced coma u beda jikkomunika bis-sinjali u bil-kitba.
Filwaqt li napprezza ħafna s-solidarjetà li l-poplu t’Alla wera miegħu f’dawk il-jiem delikati, partikularment bit-talb ħerqan offrut lil Alla bl-interċessjoni tal-Madonna Ta’ Pinu, kif għamilt nhar il-Ħamis li għadda nerġa’ nħeġġiġkom tissuktaw fit-talb tagħkom għalih, specjalment fil-quddies kollu.
Kif nhar il-Ħamis li għadda aħna s-saċerdoti tad-djoċesi ltqajna fil-kappella tas-Seminarju biex noffru talb għall-Isqof Cauchi, nistieden lil-lajċi u r-reliġjużi għal mumenti ta’ adorazzjoni Ewkaristika li ser issir nhar il-Ġimgħa li ġejja fil-knisja parrokkjali tal-Għarb fis-6.30 ta’ filgħaxija.
Nirringrazzja lil dawk kollha li f’dawn il-jiem kienu qrib l-Isqof Cauchi, partikularment lil ħuti l-isqfijiet Maltin u lis-saċerdoti, lill-E.T. il-President ta’ Malta, lill-membri parlamentari u lill-istaff mediku.
Illum, l-Erbgħa 3 ta’ Novembru 2010.
+ Mario Grech
Published on November 3, 2010
in 2010.
Ilbieraħ filgħaxija, it-Tnejn 1 ta’ Novembru 2010 Mons Isqof Mario Grech ħabbar li fil-futur qarib id-Djoċesi ta’ Għawdex se tagħti bidu tal-proċess djoċesan għall-beatifikazzjoni tas-saċerdot Għawdxi Dun Mikiel Attard. Mons Isqof ħabbar dan waqt pontifikal fil-Katidral ta’ Għawdex, fl-okkażjoni tas-solennità tal-Qaddisin kollha. Għal dan il-għan huwa ħatar lir-Rev. Dun Anton Sciberras MSSP bħala Postulatur u lir-Rev. Dun Daniel Xerri bħala Viċi Postulatur. Mons Isqof bagħat komunikat lill-parroċċa tan-Nadur, fejn twieled Dun Mikiel Attard, biex jgħarrafhom b’din id-deċiżjoni.
Fl-omelija tiegħu waqt l-istess pontifikal, Mons Isqof Mario Grech qal li “il-bnieden qaddis huwa dak li fid-dinja dejjem ifittex li jara lil Alla sakemm imbagħad jgħaddi biex fil-ħajja ta’ dejjem igawdi l-viżjoni beatifika. Dun Mikiel mhux biss kien bniedem li jfittex biex jiskopri s-sinjali tal-preżenza ta’ Alla – anke dawk is-sinjali l-aktar sempliċi – , imma hu kien ukoll jgħin, permezz tad-direzzjoni spiritwali, lil ħafna biex ma jħarsux fil-baħħ… imma biex ħarsithom tistrieħ fil-Mulej.”
Published on November 1, 2010
in 2010.
F’diskors li ghamel fil-konkluzzjon ta Konferenza Nazzjonali dwar “it-teologija tal-gisem” li saret f’Ghawdex nhar il-Hadd filghodu, l-Isqof Mario Grech wassal dan il-messagg:
Kull abbuz sesswali fuq il-minuri, huwa hazin u kundannabli irrispettivament jekk min jwettqu jkunx persuna lajka, religjuza jew sacerdot. L-abbuzi sesswali ghandhom jigu denunzjati lill-awtoritajiet kompetenti, partikularment lil pulizija.
Pero huwa fatt li fis-socjeta qed isiru ukoll abbuzi mis-sesswalita tal-bniedem.
Hija abbuzata l-persuna meta ma tkunx mghejjuna biex ma ccedix ghall-istint. Hemm bzonn li l-bniedem jitheggeg biex juza aktar ir-raguni tieghu biex jizen jekk l-ghemil sesswali tieghu huwiex qed jirrispetta n-natura u l-finalita tas-sesswalita umana.
Is-sistema edukattiva taghna tista tkun qed taghmel abbuz fuq l-istudenti jekk flok ma tghinhom jitghallmu kif jedukaw l-energija sesswali taghhom, toffrilhom taghlim u mezzi bhalma huma l-kontracettivi, biex icedu ghall-kultura tal-pjacir.
Continue reading >>