F’diskors li ghamel fil-konkluzzjon ta Konferenza Nazzjonali dwar “it-teologija tal-gisem” li saret f’Ghawdex nhar il-Hadd filghodu, l-Isqof Mario Grech wassal dan il-messagg:
Kull abbuz sesswali fuq il-minuri, huwa hazin u kundannabli irrispettivament jekk min jwettqu jkunx persuna lajka, religjuza jew sacerdot. L-abbuzi sesswali ghandhom jigu denunzjati lill-awtoritajiet kompetenti, partikularment lil pulizija.
Pero huwa fatt li fis-socjeta qed isiru ukoll abbuzi mis-sesswalita tal-bniedem.
Hija abbuzata l-persuna meta ma tkunx mghejjuna biex ma ccedix ghall-istint. Hemm bzonn li l-bniedem jitheggeg biex juza aktar ir-raguni tieghu biex jizen jekk l-ghemil sesswali tieghu huwiex qed jirrispetta n-natura u l-finalita tas-sesswalita umana.
Is-sistema edukattiva taghna tista tkun qed taghmel abbuz fuq l-istudenti jekk flok ma tghinhom jitghallmu kif jedukaw l-energija sesswali taghhom, toffrilhom taghlim u mezzi bhalma huma l-kontracettivi, biex icedu ghall-kultura tal-pjacir.
Meta l-imhabba bejn il-bnedmin tigi proposta bhala imhabba erotica li tinqeda bil-gisem uman, ikun qed isir abbuz mill-imhabba vera. Ghax l-imhabba vera ghandha twassal biex persuna tinghata u mhux biex tipposedi.
Billi l-gisem uman huwa parti mill-persuna, dan ghandu jkun rispettat mill-mument fejn isehh id-dinamika tat-tnissil sat-tmiem tal-hajja naturali tieghu.