Ġublew tal-fidda tas-Saċerdozju ta’ Mons Isqof Mario Grech

l-Gimgħa 26 ta’ Gunju, 2009 l-Isqof t’Ghawdex Mons. Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali fil-Katidral t’Ghawdex fl-okkażjoni tal-25 sena mill-ordinazzjoni sacerdotali tieghu. Flimkien miegħu kkonċelbraw in-Nunzju Apostoliku għal Malta Mons. Tommaso Capputo, l-Arċisqof Pawl Cremona, u l-Isqfijiet Emeriti Gużeppi Mercieca u Nikol G. Cauchi.

Flimkien ma’ l-Isqof ikkonċelebraw madwar 100 saċerdot. Kienu Preżenti ukoll il-President ta’ Malta Dr George u s-Sinjura Abela u l-Aġent Prim Mininstru s-Sinjura Giovanna u s-Sinjur Debono, flimkien mad-deputati parlamentari Għawdxin.
Fl-omelija l-Isqof Grech fisser kif il-bniedem llum qed ifittex xi haga jew xi hadd li jaghmel sens f’hajtu u li jissodisfa tassew ix-xewqat profondi tal-qalb umana. Minn natura tieghu l-bniedem jixxennaq ghal dak li huwa tajjeb, veru u sabih. Meta il-bniedem joqtol din ix-xewqa li hemm fih, il-ħajja tiegħu tkun miskina. Jekk xi ħadd jipprova joħnoq fina din ix-xewqa li aħna nsibu x’inu l-veru, x’inhu t-tajjeb u x’inhu s-sabih, ikun qed jaghmel sfre[ ju lil hajja umana.

L-Isqof Grech flimkien ma' Nunzju Apostoliku u ma' L-Arċisqof

Meta fl-Ewropa ta l-imgħoddi kollox kien fluwidu u hafna affarijeit kienu tant vojta li ma jissodisfawx lil bniedem, nibet il-moviment tal-Monakejizmu li bdew jagħżlu l-essenzjali  minn dak li huwa sekondarju; bdew jagħżlu ħwejje[ ta sustanza minn dawk effimeri! Dan il-Moviment kien magħmul minn nies ddedikati li  jfittxu lil Alla.  Kien dan l-impenn ta’ tfittix t’Alla li ta ċerta assikurazzjoni  lis-soċjeta u għenha biex tirkupra l-identita tagħha .
Jekk illum is-socjeta tirrinunzja għal dan it-tfittix ta’ Alla u tiddeċedi li tista tgħaddi minghajr Alla u għalhekk tagħtih il-ġenb, l-Ewropa  tkun qed tagħmel żball fundamentali għax jfalli mhux il-Kristjaniżmu imma l-umaniżmu bil-konsegwenzi gravi tieghu.
Bħal kull bniedem, is-saċerdot huwa persuna li dejjem tfittex it-twegibiet għax il-verita’ qatt ma jkun jafha b’mod shih. Għax huwa persuna li tfittex lil Alla, is-saċerdot jista jifhem u jgħin lil dawk li qegħdin ifittxu lil Alla – dawk jistgħu jkunu kemm barranin li qatt ma semgħu b’Alla, kif ukoll uħud minn ħutna li għandhom fidi dgħajfa.
Għal din l-okkażjoni [iet esegwita ’Missa in Fractione Panis’ miktuba apposta minn Mro Dr. John Galea.}adu sehem il-Kor Stella Maris u  The Brass and Organ Ensemble li kienu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Carmel Grech. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni saru diversi preżentazzjonijiet ta’ tifkira lill-Isqof Grech: Mons. Arċidjaknu Giovanni B. Gauci ppreżenta pittura tal-Kavallier Pawl Camilleri Cauchi f’isem il-Kapitlu Kattidrali, l-Arċipriet Tarcisio Camilleri segretarju tal-Kulleġġ tal-Kappillani ppreżenta salib pettorali tal-fidda f’isem il-parroċċi t’Għawdex, filwaqt li Mro. John Galea rregala l-partitura tal-quddiesa li kiteb għall-okkażjoni.