Is-Siegħa ta’ l-Omm
Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu - 11 ta’ April 2009

(Ritratti: Charles Spiteri)

L-Isqof t’Għawdex, Mons. Mario Grech, dalgħodu (is-Sibt 11 t’April), mexxa ċelebrazzjoni Marjana, Is-Siegħa ta’ l-Omm, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu.

It-talb kien ispirat mit-tradizzjoni tal-Liturġija Latina u dik Bizantina.

F’kelmtejn Mons Isqof Grech qal illi Sibt il-Għid huwa s-“siegha” tal-Omm, siegħa li fiha il-Mara, Bint Sijon, l-Għarusa u l-Omm tal-Knisja, għexet l-akbar prova tal-fidi u tar-rabta tagħha m’Alla.

Lejn tmiem iċ-ċelebrazzjoni, xi nisa, bħalma għamlu n-nisa li marru biex jidilku l-ġisem ta’ Gesu’ fil-qabar, bdew jidilku bil-fwejjaħ l-Artal, simbolu ta’ Kristu.

Il-kant, b’Fr Michael Galea fuq l-orgni, tmexxa minn Dorienne Portelli.