Dun Joseph Grech (Nadur) jikseb id-Dottorat “Summa cum laude” fil-Liġi Kanonika u Universali

dunjosephgrech.jpg

Nhar it-Tlieta, 26 ta’ Novembru 2008 Dun Joseph Grech, saċerdot min-Nadur, kiseb id-Dottorat “Utroque Iure” fil-Liġi Kanonika u Universali mill-Università Pontifiċja tal-Lateran. Dun Joseph iddefenda b’suċċess it-teżi tiegħu, bit-titlu “Il servizio del Vescovo diocesano per i suoi presbiteri secondo il recente magistero della Chiesa (dal Concilio Vaticano II ai nostri giorni)”.
Dun Joseph Grech ġie ordnat saċerdot mill-Isqof (Emeritu) Nikol Ġ Cauchi fl-20 ta’ Ġunju 2001. Dun Joseph għal dawn l-aħħar seba’ snin qed jaqdi l-ministeru tiegħu ġewwa Ruma bħala Vicario Cooperatore fil-parroċċa tal-”Buon Consiglio”.