Sejħa urġenti għad-demm
Gruppi A u O

bloodbank.jpgIr-riserva tad-demm tinsab baxxa ħafna, saħansitra b’riskju li l-operazzjonijiet jieqfu mil-lum għall-għada minħabba nuqqas ta’ demm meħtieġ mill-pazjent. Barra minn hekk, m’għandniex riżorsi biżżejjed biex inkopru diżgrazzja jew emerġenza, filwaqt li pazjenti li għandhom bżonn id-demm bħala trattament se jkollom jistennew sakemm din is-sitwazzjoni taqleb għall-aħjar. Importanti ngħidu li d-demm la għandu sostitut u lanqas ma jista’ jinxtara. Ma nħallux din il-kriżi tkompli fit-tul peress li xi ħadd jista’ jiġi bżonn ta’ demm u ma jsibx. Għad li s’issa kulħadd sabu meta ġie bżonnu, dan ma jfissirx li sitwazzjoni bħal din ma tista’ qatt tiġri. Huwa dmir tagħna li la nħallu l-pazjenti jistennew id-demm, u lanqas li l-operazzjonijiet meħtieġa jitħassru.

 Iċ-Ċentru ta’ l-Għoti tad-Demm li jinsab biswit l-iSptar San Luqa (u mhux l-iSptar Mater Dei) jiftaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd, mit-8.00am sas-6.00pm inklużi festi pubbliċi. Għawdex (GGH) jiftaħ mit-Tnejn sas-Sibt mit-8.00am sal-11.30am. Eta’ minn 17-18 il-sena, bil-kunsens tal-ġenituri, u minn 18 sa taħt is-60 sena.

Huwa importanti ħafna li wieħed dejjem iġib il-karta ta’ l-identita’. Grazzi ħafna ta’ l-għajnuna.
 
Ċentru għat-Trasfużjoni tad-Demm