Talba lill-Ispirtu s-Santu

holy-spirit.jpg

O Spirtu s-Santu, Mulej li tagħti l-ħajja,
fik jien nemmen u nittama.
Int id-difensur tiegħi.
Int tagħnini bid-doni qaddisa tiegħek,
fit-triq it-tajba tmexxini.
Int tfarraġni, tqawwini u ddawwalni.
Filwaqt li ħajr irroddlok tal-ġid li sawwabt fija,
ilqa’, Spirtu Qaddis, dit-talba mħeġġa tiegħi.
Fejjaq ’il ġismi dgħajjef mill-mard li bih jitgħakkes.
Bħal ħabba ta’ l-għajn ħarisni u minn kull hemm eħlilsni.
Żommni dejjem miegħek, tempju ħaj u għażiż tiegħek.
U nitolbok, fl-aħħarnett, biex flimkien ma’ dawk li nħobb,
miegħek nissieħeb fl-hena ta’ dejjem. Amen.
(Glorja f’ġieħ it-Trinita’ Qaddisa)