Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tal-Morda li qed tiġi ċċelebrata fid-Djoċesi, is-Segretarjat għall-Pastorali Sanitarja se jorganizza quddiesa fis-Santwarju Madonna ta’ Pinu nhar il-Ħadd li ġej 17 ta’ Frar. Il-quddiesa tkun fl-10:00 am u għaliha huma mistiedna b’mod partikulari l-anzjani u għal dawk li jaħdmu ma’ l-anzjani u morda, kemm fl-Isptarijiet kif ukoll fid-Djar ta’ l-Anzjani. Huma mistiedna wkoll familjari li jikkuraw morda u anzjani fi djarhom, il-Ministri Straordinarji ta’ l-Ewkaristija, il-Kumitati Parrokkjali għall-Promozzjoni Umana, u l-Organizzazzjonijiet non-Governattivi li jaħdmu mal-morda u l-anzjani f’Għawdex.
Search
Other Dioceses
Links
Friends of the Sick and |