- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Quddiesa għall-anzjani u għal dawk li jaħdmu mal-morda u l-anzjani

Posted By admin On February 12, 2008 @ 2:35 pm In 2008 | Comments Disabled

[1] gimgha_tal-morda_poster.jpg

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tal-Morda li qed tiġi ċċelebrata fid-Djoċesi, is-Segretarjat għall-Pastorali Sanitarja se jorganizza quddiesa fis-Santwarju Madonna ta’ Pinu nhar il-Ħadd li ġej 17 ta’ Frar. Il-quddiesa tkun fl-10:00 am u għaliha huma mistiedna b’mod partikulari l-anzjani u għal dawk li jaħdmu ma’ l-anzjani u morda, kemm fl-Isptarijiet kif ukoll fid-Djar ta’ l-Anzjani. Huma mistiedna wkoll familjari li jikkuraw morda u anzjani fi djarhom, il-Ministri Straordinarji ta’ l-Ewkaristija, il-Kumitati Parrokkjali għall-Promozzjoni Umana, u l-Organizzazzjonijiet non-Governattivi li jaħdmu mal-morda u l-anzjani f’Għawdex.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/02/12/quddiesa-ghall-anzjani-u-ghal-dawk-li-jahdmu-mal-morda-u-l-anzjani/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/misc-pictures/gimgha_tal-morda_poster.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.