Hatra ta’ Vigarju Ġudizzjali ghad-Djoċesi ta’ Għawdex

Seġretarjat Mezzi Kommunikazzjoni Soċjali
Kurja ta’ l-Isqof , Victoria
Ghawdex, Malta.
Tel. 21556661

Lill: Media Kollha
Minn: Anton Refalo
Data: 6 ta’ Frar 2007

Hatra ta’ Vigarju Ġudizzjali ġhad-Djoċesi ta’ Għawdex

Illum, 6 ta’ Frar 2007 Mons Isqof Mario Grech hatar lil Kan. Edward Xuereb bhala Viġarju Ġudizzjali tat-Tribunal Ekklezjastiku tad-Djoċesi ta’ Ġhawdex.

Dun Edward Xuereb twieled fit-12 ta’ April 1970 u ġie ordnat saċerdot fl-24 ta’ Ġunju 1995 wara li temm il-kors ta’ formazzjoni fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù ta’ Ġħawdex. Huwa kiseb il-Baċellerat fis-Saġra Teoloġija mill-Università Anġeliċum ta’ Ruma (1995), id-Dottorat fid-Drittu Kanoniku u fid-Drittu Ċivili mill-Pontifiċium Institutum Utriusque Iuris ta’ l-Università Lateranensi ta’ Ruma (1999) u d-Dottorat fis-Saġra Teoloġija mill-Università ta’ Malta (2006). Qeda l-ministeru pastorali fil-Parroċċa ta’ Santa Luċia, f’Ruma, imbaġħad fil-Parroċċa tax-Xewkija u fil-preżent huwa l-Kappillan tal-Parroċċa tal-Ċorpus Ċhristi tal-Ġħasri. Fid-Djoċesi ta’ Ġħawdex serva s’issa bħala Imħallef fit-Tribunal Ekkleżjastiku u attwalment huwa s-Segretarju tal-Kunsill Presbiterali, Lecturer tal-Linġwa Latina fis-Seminarju Maġġuri, Direttur Djoċesan ta’ l-Abbatini u Assistent Ekkleżjastiku tal-Ferġħa Djoċesana tat-Tfal ta’ l-Azzjoni Kattolika. Hu awtur ta’ pubblikazzjonijiet tad-Drittu kif ukoll ta’ katekesi.

Il-ħatra tal-Viġarju Ġudizzjali hija pass iehor fit-tiġdid tat-Tribunal Ekklezjastiku tad-Djoċesi ta’ Ghawdex li beda wara l-hatra ta’ Mons Mario Grech bhala Isqof ta’ Ghawdex. Barra l-istrutturar ta’ lokal adjaċenti mall-kurja biex iservi bhala tribunal, Mons Isqof innomina lil Dun Renato Sammut JUD u lil Dun Franz Refalo LLD bhala Imhallfin ta’ l-istess tribunal . Fit-Tribunal hemm ukoll il-Kan Joe Zammit JUD li huwa Imhallef kemm fit-Tribunal Ekklezjastiku tad-Djoċesi ta ’Ġhawdex u wkoll fit-Tribunal Ekklezjastiku ta’ l-Arċidjoċesi ta’ Malta. Mons Isqof Emeritus Nikol Ġ. Ċauċhi u Dun Ġuzepp Gauci huma awdituri ta’ l-istess Tribunal. Flimkien mal-Kanċellier Dun Franġisk Saliba, Mons Isqof hatar ukoll lil Mons Ewkaristiċo Sultana bhala Kanċellier aġġunt tat-Tribunal.