Archive for the '2011' Category

Tifkiriet taz-zjara pastorali tal-Isqof f’Sydney

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.11

11 ta Ottubru, 2011

 

 

Monasteru ta Tyburn

Dalgħodu l-Isqof Mario Grech iċċelebra l-quddiesa mal-komunita tas-sorijiet Benedittini klawstrali fil-monasteru ta Tyburn f’Riverstone, Balcktown. Fl-omelija tiegħu l-Isqof Grech qal li kif il-foresta hija l-“pulmun” tad-dinja, hekk ukoll il-monasteru huwa l-pulmun għal ħajja tal-Knisja!  L-Isqof fakkar li ftit aktar minn xahar ilu fid-djoċesi t’Għawdex twaqqaf il-monasteru tas-sorijiet Karissi u talab lil komunita ta Tyburn biex takkumpanja bit-talb l-esperjenza tal-Klarissi f’Għawdex. Għal din il-quddiesa kienu presenti għadd ċkejken ta emigranti Maltin.

Zjajjar lil diversi familji

Matul il-jum, l-Isqof għamel zjara diversi familji fiz-zona ta Blacktown. Hija karatteristika tal-familji tal-emigranti li f’okkazjonijiet bħal dawn il-familja estiza tinġabar f’da waħda, normalment f’dik tal-ġenituri, biex flimkien jagħtu merħba lil mistieden. Wara nofs nhar, l-Isqof kompla jilqa lil dawk li xtaqu jitkellmu miegħu personalment.

Continue reading >>

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.10

 9 ta Ottubru, 2011

Christ Catholic Comunity

Dalgħodu l-Isqof Mario Grech kellu laqgħa ma Mario Formosa u martu Antonia. Snin ilu Formosa kien waqqaf grupp ta talb bl-isem “Christ Catholic Community” u llum hemm 24 grupp ta din ix-xorta mxerda f’Sydney, Melbourne u Queensland. Ta kull ġimgħa l-gruppi jiltaqgħu biex jirriflettu fuq il-Kelma t’Alla u bħala għajnuna jkollhom riflessjonijiet imħejjija mill-fundatur Mario Formosa. Ħafna minn dawk li jiffrekwentaw dawn il-gruppi huma attivi fil-ħajja tal-parroċċi rispettivi tagħhom u huma afdati b’ministeri varji.

Continue reading >>

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.9

 

8 ta Ottubru, 2011

Fuq il-qabar ta St. Mary of the Cross (MacKillop)

Dalgħodu l-Isqof Mario Grech waqaf jitlob fuq il-qabar ta St. Mary of the Cross, l-ewwel qaddisa awstraljana, midfuna fil-knisja f’Mount Street, f’Sydney. Huwa kien milqugħ minn xi sorijiet ta San Gużepp, istitut imwaqqaf minn Mary MacKillop innifisha. F’nofs nhar, l-Isqof Grech mexxa konċelebrazzjoni fl-istess knisja. Il-messaġġ tal-Isqof f’din l-okkazzjoni kien:

“Forsi ftit huma dawk li huma konxji li bħalissa għaddej stajk tal-għalliema! Mhux qed nirreferi għal dawk li jgħallmu fl-iskejjel, imma għal dawk li b’mod jew ieħor suppost ikunu “għalliema” fil-familji, fis-soċjeta u  fil-Knisja. Sfortunatament ma humiex ftit dawk li b’xi mod jew ieħor għandhom l-ufficcju ta għalliema (fis-sens wiesgħa tal-kelma) u llum irrinunzjaw għal dan l-uffiċċju! Fis-soċjeta tagħna għandna deficit ta għalliema għax ħafna minnhom irtiraw. Fil-vacuum ta dawn l-għalliema llum ninsabu neqsin minn dawk li neħtieġu biex niskopru x’inhi l-verita – nieqsa l-gwida li normalment l-għalliema joffru lill-istudenti. Mhux biss, imma agħar minn hekk il-vojt li ħallew dawn l-għalliema li waqgħu fil-muta, kull ma jmur qed jimtela minn “preusdo” għalliema li bit-tagħlim qarrieq tagħhom qed iħasru ħafna mħuħ, specjalment fil-kaz tal-ġenerazzjoni zgħazugħa.
Continue reading >>

Aborting the “Imperfect” Seen as Cause for Less Research

 Neonatologist Wonders Where the Children Are

ROME, SEPT. 20, 2011 (Zenit.org).- When we look around, we no longer see children with genetic diseases — they are censured, sheltered or, most commonly, aborted, says a neonatologist in L’Osservatore Romano.

Carlo Bellieni wrote a report for the Vatican’s semi-official daily last week called “The Elimination of the Imperfect.”

“We note it by looking around us; we no longer see ‘imperfect’ children, marked by genetic diseases,” observed Bellieni. “Censured by the media, sheltered by their families from a society that no longer accepts them (…) but above all aborted,” these children “are systematically detected before being born and, once identified, they are often banned from being born.”

“What is grave,” the doctor stated, “is that this screening and selection no longer surprises us: it’s the norm.” Continue reading >>

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.8

7 ta Ottubru, 2011

Fis-7.15 p.m. ta filgħaxija l-Isqof Mario Grech, akkumpanjat minn Monti Sultana, wasal fil-knisja “Our Lady of Peace” f’Greystanes, Pendle Hill. F’din il-parrocca hemm joqgħodu ħafna emigranti Għawdxin u Maltin. L-Isqof Grech kien milqugħ mill-Kappillan tal-paroċċa Fr. Bob Bossini.  Fis-7.30 bdiet quddiesa konċelebrata mill-Isqof Grech akkumpanjat mill-Kappillan Bossini, Fr Eddie Zammit, P. Remig Galea ofm cap., u  l-Arcipriet Paul Cardona.

Continue reading >>

Color your life - Gozo Youth Meeting
KDZ Activity

kdz-gozo.jpg

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.7

Komunikat no. 7

 

Illum, 6 ta Ottubru, 2011

Laqgħa mas-saċerdoti u r-reliġjuzi Maltin f’Sydney

Illum l-Isqof Mario Grech kellu laqgħa mas-saċerdoti u r-reliġjuzi Maltin li qed iwettqu ħidma pastorali fil-belt ta Sydney. Fost it-32 li kienu prezenti kien hemm Fr. Carmel Sciberras, membri tas-Soċjeta missjunarja ta San Pawl, tlett sorijiet Dumnikani, Sr Joyce Vella u s-Superjura Provincjala tagħha (Pie Discepole), Fr John Briffa sdb, Sem. Anthony Saliba, Sr Mary Ann Grima fmm, Sr Catherine Spiteri (Sisters of Mercy) u ħames sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta Gesu minn Port Kembla. Kien hemm ukoll is-Soċji tal-Museum George Felice, Joseph Cassar, Nicholas Buhagiar u Mary Damaxxena Ciappara.

Continue reading >>