Archive for the '2011' Category

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja
Rosary Home

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.17

17 ta Ottubru, 2011

Rosary Home Dumnikana

L-Isqof Mario Grech iltaqa mal-anzjani li joqgħodu f’Rosary Home – dar li s-Sorijiet Dumnikani Maltin fetħu 25 sena ilu f’Keilor Downs, Victoria. Huwa kien milqugħ mis-Superjura Sr. Doris Falzon op, Dr. Victor Bord, Chairman tal-Board of Management u Mr Paul Borg membru tal-Board.

Il-komunita religjuza din id-dar, fejn hemm 50 persuna anzjana residenti, hija magħmula minn 4 sorijiet: is-Superjura Falzon, Sr. Bernardette Raymond, Sr. Valentine Attard u Sr. Margaret Formosa.
Continue reading >>

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.16

16 ta Ottubru, 2011

Festa ta Stella Maris

Nhar il-Ħadd fis-2.30 p.m. l-emigranti Maltin li joqgħdu f’North Reserviour, Melbourne, iltaqgħu fil-knisja parrokkjali ta San Guzepp Ħaddiem fejn l-Assoċċjazznoi “Stella Maris” iċċelebrata l-festa ad unur tal-Madonna. L-Isqof Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali fliemkien ma xi saċerdoti oħra, fostkom Dun Manwel Bonello (il-kappillan ta din il-parroċċa), Fr. Domenic Degorgio, Fr. Eddie Zammit, Fr. John Sultana u l-Arcipriet Paul Cardona. Fl-omelija l-Isqof Grech wassal dan il-messaġġ:

“F’ċertu sens il-Farizej ta zmien Kristu kienu iffurtunati aktar minna llum! Għaliex almenu huma sabu lil xi ħadd li setgħu jirrikonoxxuh bħala “mgħallem tajjeb”! Kemm sar diffiċli llum li nsibu “mgħallem” li nistgħu noqgħodu fuqu – xi ħadd li kliemu verament iserraħ il-moħħ! Nafu kemm nafu, aħna lkoll nistaqsu ċerti mistoqsijiet u għalhekk f’ħin jew ieħor ilkoll nixtiequ niltaqgħu ma dik il-persuna li għandha l-ħila li tagħtina t-tweġiba! Mhux għax ma hawnx min jippretendi li għax huwa “mgħallem”, kapaċi jgħallem! Imma l-esperjenza tixhdilna li mhux kull “mgħallem” huwa “mgħallem” – anżi, ġie li jiġrilna li meta nserħu fuq dawk li huma “pseudo” għalliema, kellna nħalsu preżż qares!  Fil-ħajja jiġri li nisemgħu kliem sabieħ li jsaħħarna tant li naċċetawh, imma imbagħad niskopru li nkunu bnejna fuq ir-ramel! Xi drabi jkun tard wisq meta niskopru li xi ħadd ikun qarraq bina!
Continue reading >>

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.15

15 ta Ottubru, 2010

Quddiesa f’Ta Pinu

Folla mdaqsa ta emigranti mliet quddiem il-kappella ddedikata lil Madonna Ta Pinu mibnija fuq l-għolja ta Bacchus Marsh fejn l-Isqof Grech kien ser imexxi quddiesa koncelebrata.

Fis-2.30 p.m. mill-kappella ħarget purcissjoni preseduta mill-Isqof Grech li mxiet sa ħdejn is-“salib tal-Għolja” fejn l-Isqof bierek artal ġdid tal-irħam.  Meta l-purcissjoni reġgħet lura lejn il-kappella, fil-bidu tal-koncelebrazzjoni, Mons Beneditt Camilleri, li huwa responsabli minn dan il-proġett, għamel kelmtejn ta merħba lill-Isqof.

Fl-omelija ta din l-okkazzjoni l-Isqof Grech wassal dan il-messaġġ: “Fil-bidu ta din il-vizta pastorali fostkom l-emigranti Maltin u Għawdxin f’Melbourne, ħassejt li għandi nagħmel din l-ewwel quddiesa f’din il-kappella ddedikata lil Madonna Ta Pinu biex intenni dak li ktibt fl-Ittra li bgħattilkom ftit jiem qabel ma tlaqt minn pajjizna: irrid inqiegħed din il-missjoni tiegħi fostkom taħt il-ħarsien matern tal-Madonna Ta Pinu. Kif is-santwarju Ta Pinu f’Għawdex huwa waqfa obbligatorja għalikom l-emigranti kull meta tirritornaw lejn pajjiżna, kelli xewqa kbira li issa li qiegħed magħkom fl-Awstralja, jien nitlob magħkom u għalikom f’din il-kappella marjana li hija tifkira dejjiema tad-dar ta Marija f’Għawdex!
Continue reading >>

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.14

14 ta Ottubru, 2011

Merħba mill-emigranti f’Melbourne

Fis-7.30 p.m. Fr. Emmanuel Bonello laqa lill-Isqof Grech kien fil-parroċċa ta San Gużepp Ħaddiem f’Melbourne fejn kien hemm ġemgħa ta emigranti miġbura biex tagħti merħba lill-Isqof. Flimkien ma Fr Bonello kien hemm Fr Dennis Carabott mssp u Fr. Domenic Degiorgio.

Meta sellem lil ġemgħa, l-Isqof Grech wassal dan il-messaġġ: “Hemm żewg motivi għaliex xtaqt nibda din iż-żjara pastorali fostkom f’din il-parroċċa.
More...

L-ewwelnett b’sens ta apprezzament u sostenn lil Fr Emmanuel Bonello, sacerdot mid-djocesi t’Għawdex li ilu ftit aktar minn 25 sena jagħti serviżż pastorali f’din id-djoċesi. Dun Manwel huwa saċerdot validu ħafna u kemm jien kif ukoll l-isqof tiegħu hawnhekk aħna kuntenti bil-ħidma tiegħu.

Imnebbaħ mill-istatwa ta Marija Kewkba tal-baħar meqjuma f’din il-knisja, meta nqis is-sagrifiċċji li għamlu ħafna emigranti meta telqu minn pajjizna biex waslu u stabillixxew ruħhom f’dan in-nażżjon, nara fikom “il-kwekba polari” li jeħtieġu z-zgħazagħ tagħna! Meta ħafna minn uliedna jinsabu f’salib it-toroq ta ħajjithom, huma għandhom bzonn min jista jagħtihom sens ta direzzjoni u jistimulahom biex ma jqatgħux qalbhom mill-isfidi tal-ħajja. Bħala emigranti intom wrejtu dan is-sens ta determinazzjoni kemm meta kellkom bzonn tieħdu deċizjoni iebsa biex tfittxu mergħat ġodda fl-Awstralja, kif ukoll f’xogħolijiet diversifikati li wettaqtu biex stajtu tqegħdu pedament għalikom u għall-familji tagħkom. Il-kuraġġ, is-sens ta iniżjattiva, is-sens ta entrepreneur li kellhom ħafna emigranti huma mudell għaz-zagħzagħ ta llum biex huma ukoll ma jibzgħux jaffrontaw il-ħajja. F’dan is-sens, nikkunsidrakom bħala “kewkba polari” li taf tagħti direzzjoni lil min illlum qiegħed “ibaħħar” fl-oċean miftuħ tal-ħajja. Mhux qed ngħid li  z-zgħazagħ tagħna għandhom jimmitawkom billi anke huma jemigraw; imma li l-ġenerazzjoni zgħazugħa tkun tista titgħallem mill-ezempju tagħkom.

Il-kewkba polari għandna bzonnha ukoll fil-pellegrinaġġ tal-fidi li qegħdin nagħmlu! Huwa fatt li hemm min intilef fiċ-ċpar li bħal għammad qed itellef il-vizjoni tan-nisrani. F’dan ir-rigward, jien ġejt fostkom biex nikkonfermakom fil-fidi biex filwaqt li intom tibqgħu b’ħarsitkom fuq Kristu, bix-xhieda tagħkom intom tkomplu tkunu “il-kewkba” li tmexxu lill-oħrajn għand Gesu.

Nitlob lil Marija, Stella Maris, tieqaf magħkom!”

Wara l-Isqof Mario kellu l-opportunita li jitkellem personalment ma ħafna minn dawk prezenti.

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.13

13 ta Ottubru, 2011

Tluq minn Warrawong

Fis-7.00 a.m. l-Isqof Grech qaddes fil-kunvent “Our Lady of Fatima” tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta Gesu. F’dan il-kunvent hemm jgħixu Sr. Grace Cini u Sr. Ambrosia Attard.  L-Isqof Grech fisser l-apprezzament tal-Knisja f’Malta għal ħidma li  qegħdin iwettqu dawn ir-reliġjuzi.

Wara l-Isqof Grech telaq lejn Canberra, il-belt kapitali tal-Awstralja fejn kien il-mistieden tal-Kummissarju Għoli għall-Malta l-E.T. Francis Tabone.
Continue reading >>

Mons Isqof Grech fl-Awstralja
Tifkiriet taz-Zjara Pastorali fl-Awstralja

Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.12

12 ta Ottubru, 2011

Zjara lill-Komunita Maltija f’Warrawong

L-Isqof Mario Grech kien milqugħ minn Patri Leonard Testa OFM Conv., li flimkien ma Patri Emanuel Gatt OFM Conv., huwa responsabli mill-parrocca ddedikata lil San Franġisk t’Assisi. Fost dawk li kkoncelebraw mal-Isqof Grech kien hemm Fr. Anthony Mifsud mill-Qala Għawdex imma ilu snin jaħdem fl-arcidjocesi ta Sydney. Il-konċelebranti l-oħra kienu Patri Leonard Testa, Dun Eddie Zammit, Dun Gwann Sultana, Arcipriet Pawlu Sultana, Patri Remig Galea ofm cap.

Għal quddiesa kienu prezenti xi sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta Gesu. Fost ix-xbiehat li hemm fil-knisja, hemm ritratt tal-Qaddejja t’Alla Madre Margerita Debrincat, il-fundatrici ta dawn is-sorijiet.
Continue reading >>