Archive for the '2012' Category

Diskors ta’ Mons Isqof Grech lis-saċerdoti Għawdxin

“GĦASSIES, FIEX INHU L-LEJL?”

Diskors ta’ Mons Isqof Mario Grech
Laqgħa tal-bdil tal-awguri mas-saċerdoti
Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù – Is-Sibt 7 ta’ Jannar 2012

Sfidi u tiġdid
“Għassies, fiex inhu l-lejl?” (Is 21,11) staqsew ħerqana l-Edomiti li kienu mxekla fl-eżilju tal-Babilonja. Din l-istess mistoqsija qed jagħmlu l-Insara ta’ rieda tajba li qed jaħbtu jaqtgħu qalbhom minħabba l-lejl mudlam li għaddejja minnu l-Knisja bħalissa! Huwa minnu li l-prattika reliġjuża qed tonqos. Il-Maġisteru sikwit qed jiġi kkuntestat. Stili ta’ ħajja li huma f’kuntrast mal-Liġi t’Alla huma aċċettati. Skandli minn nies tal-Knisja. Individwi li qed jabbandunaw il-fidi. Quddiem dawn il-fenomeni bir-raġun tasal f’widnejna l-mistoqsija: għassies, fiex inhu l-lejl? Continue reading >>