Solidarjetà mal-Isqof Paul Darmanin O.F.M.CAP.

CONFERENTIA EPISCOPALIS MELITENSIS
Konferenza Episkopali Maltija

Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Paul Darmanin O.F.M. Cap.
Isqof ta’ Garissa,
Kenya.

2 ta’ Lulju 2012

Maħbub ħuna fl-Episkopat,

Kemm l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex kif ukoll jiena, konna għadna qegħdin nifirħu bil-ħatra ta’ Patri Joe Alessandro O.F.M.Kapp. bħala isqof koadjutur tiegħek, meta ġriet l-aħbar tat-traġedja Ii seħħet f’żewġ knejjes u Ii ħalliet numru sewwa ta’ persuni mejtin u oħrajn feruti.

Nassigurawk mit-talb tagħna u tal-Insara Maltin u Għawdxin kemm għalikom bħala rgħajja spiritwali kif ukoll għall-komunità Nisranija u għall-familji tal-vittmi. II-Mulej Ġesù jagħtikom il-faraġ, I-ispirtu tal-maħtra u l-kuraġġ biex tkomplu tkunu ta’ dawl evanġeliku f’dawn il-mumenti diffiċli.

ll-Barka tal-Mulej tkompli tkun fuqkom. Jekk jogħġbok, wasslilna t-tislijiet u t-talb tagħna lill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Joe Alessandro.

Ħuk fi Kristu,

+ Pawlu Cremona O.P.
President tal-Konferenza Episkopali Maltija