Titħabbar il-mewt ta’ Dun Ġwann Grech

B’niket inħabbru l-mewt ta’ Dun Ġwann Grech mix-Xewkija, li miet dalgħodu, il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru 2011 fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dun Ġwann ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Mejju 1948. Huwa kellu 88 sena. Nitolbu lill-Mulej biex jilqgħu fi ħdanu fil-liturġija ferrieħa tas-Sema. Il-funeral tiegħu se jsir għada s-Sibt, fir-Rotunda tax-Xewkija. Il-quddiesa tal-funeral tibda fil-5.00pm. RIP.