Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.18

 

18 ta Ottubru, 2011

Zjara lil Maltese Association Hobsons Bay

Iċ-ċentru tal-Maltese Association Hobsons Bay f’Altona (Victoria) kien mizgħud bl-emigranti Maltin li ltaqgħu biex jiltaqgħu mal-Isqof Mario Grech. Il-Kav. Joseph Attard, President ta din l-Assoċjazjoni, ta merħba lill-Isqof Mario u introduċiħ ma dawk prezenti. Fost il-mistiedna distinti kien hemm Mr Charles Muscat, Konslu għal Malta, Daniel Andrews, il-Kap tal-Partit Laburista u leader tal-Opposizzjoni f’Victoria, delegati ta xi Ministri u xi membri parlamentari.

Fil-bidu saret quddiesa ppreseduta mill-Isqof Mario. Jikkoncelebraw miegħu kien hemm il-Kappillan Fr Emmanuel Bonello, Fr. Eddie Zammit, Fr. Karm Borg, Fr. Domenic Degiorgio, Fr. Paul Tru li  hu kappillan ta zewg parrocci fejn hem mil-Maltin (St Leo u St. Mary’s) u Fr Ian Ramson, kappillan tal-parrocca ta St. Martin de Porres.

Fl-omelija l-Isqof Mario wassal dan il-messaġġ:  “Kemm ilni fostkom qed ninduna li intom tħobbu l-ħajja, mhux biss għax tippruvaw tgħixu l-ħajja tagħkom sew, imma ukoll għax ħafna huma favur il-ħajja!  Meta f’dawn il-ġimgħat għamilt xi zjajjar f’xi nursing homes, bħal fil-każ ta Rosary Home, stajt nosserva b’liema kura u rispett takkumpanjaw lil bniedem meta jikber fiz-zmien! Il-livel għoli ta servizzi li tipprovdu lill-anzjani huwa sinjal tal-għozza li għandkom għal ħajja. Barra minhekk, kelli ukoll l-opportunita niltaqa ma żewġ koppji relattivament zgħar fl-eta li għandhom familji numeruzi – f’waħda hemm sitt ulied u fl-oħra tmien ulied! Ma nistgħagibx jekk id-daqs ta dawn il-familji jnissel tbissima sarkastika fuq fomm dawk li aktar ma jgħaddi z-zmien, aktar qed isiru xħaħ mal-ħajja umana! Sfortunatament il-ħajja umana saret piż u mhux don! Kattarna l-ġid materjali ħafna drabi a skapitu tal-istess ħajja umana! Ħafna mill-emigrnati ki għaddew minn zmienijiet iebsin jafu x’inhu ikel razzjonat; illum, għandna ikel abbundanti, imma mbagħad qed nagħmlu “razzjon” mill-ħajja! Semmejt il-familja numeruza mhux tant biex ninkuraġixxi n-numru tal-ulied, daqskemm biex nuri l-apprezzament tiegħi għal ġenerożita tal-ġenituri li għazlu li jikkollaboraw mal-Ħallieq fil-ħolqien ta ħajja umana ġdida! L-egoizmu tal-kbar qed iwassal biex illum nċaħdu lil uliedna milli jgawdu l-ġmiel tal-aħwa! Fejn illum ma humiex ftit dawk l’ulied li billi huma ulied unici, ma għandhomx il-lussu li jitrabbew flimkien ma ħuthom! Mhux bħal ħafna minkom l-emigranti li ġejjin minn familji numeruzi u, (sakemm ma hemmx ġlied bejn l-istess aħwa), tistgħu tifirħu minħabba l-fatt li tgawdu familja estiza!

Barra milli s-soċjeta qed tagħmel il-kalkoli riduttivi tagħħa dwar ir-rata tat-twelid, hemm fenomenu ieħor li jkompli jkasbar il-ħajja: il-mentalita selettiva li għandna! Billi sirna naħsbu li għandna dritt li nagħzlu, allura sirna ukoll esklussivi. Illum mhux biss tista tintwera preferenza bejn min għandu għajnejh kulur jew ieħor, xaharu lixx jew innuklat, imma ukoll bejn min jitwieled b’saħtu u min jitwieled dgħajjef! Għal xi uħud, il-ħajja saret oġġett li nistgħu ninnegozjawh! Tant sirna padruni tal-ħajja, li qed nippretendu li għandna l-jedd li naghtu l-ħajja jew inneħuha, assumejna d-dritt li niddecidu jekk persuna għandhix tgħix jew le! Inħoss li għandi nneħħi l-kappell biex insellem lil dawk il-kopji miżżewġa li jilqgħu u jgħozzu l-ħajja anke meta tarbija titwieled bi ħtieġijiet speċjali!

Hija tassew ħaġa tal-iskantament kif fl-epoka tagħna meta niftaħru li għamilna kisbiet kbar f’dawk li huma drittijiet fundamental ital-bniedem, għandna nies fl-awtorita li jirfsu d-dritt ewlieni għall-ħajja mit-tnissil sat-tmiem naturali tagħha! Proprju meta l-persuna hija bla vuci – sew jekk tkun fil-ġuf u sew jekk tkun anzjana bla moħħ, - hija teħtieġ li xi ħadd jitkellem f’ismiha u jiddefendiha meta d-drittijiet tagħha jkunu mirfusa – kemm bl-abort kif ukoll bl-ewtanesja.

Illum l-Knisja qed ticcelebra l-festa tal-Appostlu San Luqa li skont it-tradizzjoni kien ukoll tabib u għalhekk kellu professjoni li hija favur il-ħajja. Barra minhekk, ħafna minkom jiftakru li f’pajjizna kellna sptar generali li kien iġib l-isem “St. Luke’s”. Dawn l-elementi kollha nebħuni biex kif inhu dmiri nitkellem magħkom dwar il-missjoni li għandna biex kull fejn inkunu niġġeneraw kultura favur il-ħajja”.

Wara l-quddiesa saru xi diskorsi, xi presentazzjonijiet u ikla f’atmosfera fraterna.

Zjajjar lil familji

Filgħaxija l-Isqof Grech għamel xi zjajjar ghand il-familji tal-emigranti.