Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.17

17 ta Ottubru, 2011

Rosary Home Dumnikana

L-Isqof Mario Grech iltaqa mal-anzjani li joqgħodu f’Rosary Home – dar li s-Sorijiet Dumnikani Maltin fetħu 25 sena ilu f’Keilor Downs, Victoria. Huwa kien milqugħ mis-Superjura Sr. Doris Falzon op, Dr. Victor Bord, Chairman tal-Board of Management u Mr Paul Borg membru tal-Board.

Il-komunita religjuza din id-dar, fejn hemm 50 persuna anzjana residenti, hija magħmula minn 4 sorijiet: is-Superjura Falzon, Sr. Bernardette Raymond, Sr. Valentine Attard u Sr. Margaret Formosa.

Iċ-ċerimonja bdiet b’quddiesa fil-kappella ta dan iċ-ċentru. Fr. Emanuel Bonello u Fr Eddie Zammit ikkoncelebraw ma Mons Isqof Grech.  Fil-bidu tal-quddiesa, is-Superjura għamlet kelmtejn ta merħba. Imbagħad fl-omelija l-Isqof għamel din ir-riflessjoni:

“Is-soċjeta tiddistingwi l-bnedmin bejn dawk li huma zgħar u dawk li huma anzjani, dawk li huma intelliġenti u dawk injoranti, dawk li huma għaqlin u dawk li huma boloħ. Imma llum l-għazla l-kbira ssir bejn dawk li jippossedu u dawk li ma għandhom xejn! Kull ma jmur donnu dak li jagħti valur lil bniedem huwa aktar x’għandu milli dak li hu! Il-bniedem donnu aktar qed jiġi rispettat għal dak li jirnexxilu “jgeddes” milli għax huwa valur fiħ innifsu! Konsegwenza ta dan, il-kultura dominanti ta zmienijietna aktar tippromovi kif il-bniedem jista jkattar il-ġid materjali milli kif persuna tista ssir għanja fil-virtujiet u fil-valuri!  Għalhekk, għal xi uħud il-bniedem jiswa daqskemm jista jipproduci; meta tonqoslu s-saħħa jew meta jsib ruħu bla mezzi, ħafna drabi l-bniedem jiġi skartat!

Qegħdin ngħixu f’soċjeta affluwenti, imma fl-istess waqt qed inkattru l-faqar uman. Waħda mir-raġunijiet għaliex qed ifaqsu forom ġodda ta faqar huwa l-fatt li ħafna affarijiet bdew jitkejlu mhux għal valur intrinsiku tagħhom imma skont kemm jġibu qliegħ materjali! Kemm ħaddiema jibqgħu jintrifsu għax jibzgħu li jekk jitkellmu jitilfu ħobzhom! Kemm relazzjonijiet fiz-zwieġ u fil-familja qed jiġu ssagrifikati biex kemm jista jkun, ikun hemm gwadan massimu! Kemm għandna familji ma jitkellmux minħabba kwistjonijiet marbuta mal-wirt!  Kemm hemm anzjani li huma “iddumpjati” f’xi home għaliex l-istess familjari jqisuhom bħala piż żejjed għalihom!

Għalhekk kemm huwa f’postu kliem Gesu meta qal: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu” (Lk 12.14). Verament hija ħasra li għal xi uħud dak li jippossedu hu l-kriterju li jgħinhom japprezzaw id-don tal-ħajja! L-esperjenza tikkonfermalna li min serraħ fuq il-ġid materjali, serraħ fuq ir-ramel!  Infatti kien hawn min mar jorqod sinjur u qam fallut! Nafu b’min investa bil-kbir fil-borza, imma dak li ġemma maz-zmien, sarlu suf f’ħakka t’għajn!
Għax dak li jagħmel lil bniedem mhux x’għandu imma dak li hu – għalhekk ir-rikkezza vera tal-bniedem hija l-generozita, il-ħniena, l-imħabba, is-sincerita, u l-għozza etc.

Għalhekk ma nistax ma nifraħx bil-presenza tagħhom is-Sorijiet Dumnikani hawn F’Rosary Home.  Nifraħ bil-ħidma mal-anzjani li qegħdin itwettqu b’ħafna imħabba u dedizzjoni ezemplari; imma nifraħ l-aktar bil-presenza tagħkom bħala komunita religjuza fl-Awstralja – għax bil-konsagrazzjoni tagħkom lil Alla u bil-professjoni tal-kunsilli evangeliċi, partikularment meta tħaddniu bil-ferħ il-vot tall-faqar, intom qegħdin tghidulna li ħdejn Alla kollox huwa relattiv tant li tajtuH ħajjitkom. Nitlob għalikom biex bix-xhieda religjuza tagħkom intom tibqgħu tfakkruna fil-primat t’Alla f’konfront mal-affarijiet l-oħra tal-ħajja. Kif snin ilu kien fil-Knisja t’Għawdex li Carolina Cauchi, ikkooperat mal-ispirazzjoni li kellha biex twaaqf l-Ordni tagħkom, nixtieq ħafna li anke llum l-Ispirtu t’Alla jkompli jnebbaħkom biex tkunu messaġġ frisk lil din is-soċjeta li tinsab f’salib it-toroq”

Wara l-quddiesa, l-Isqof Grech iltaqa mal-istaff li qed jaħdem f’din id-dar u kien imdawwar mad-dar li għandna rikonoxximent statali għas-servizzi ta livel li s-Sorijiet Dumnikani qegħdin joffru.  Is-Superjura irrimarkat li meta l-ufficcjali tal-Gvern jiġu jivverifikaw il-kwalita tas-servizzi, xi drabi tant jibqgħu sodisfatti li jkunu jixtiequ li l-anzjani tagħhom jidhlu f’Rosary Home.

Zjara lil Shelter of peace

Akkumpanjat mis- Sur Ben Soler, l-Isqof Grech għamel zjara lil monument “Shrine of Peace”. Dan il-monument twaqqaf fl-1994 b’inizjattiva ta Ben Soler innifsu.

Zjara lil Shrine of Remembrance

L-Isqof Grech imbagħad daħal jara Shrine of Remembrance fejn hemm monument għas-suldat mhux magħruf. Fuq slab centrali li hemm f’dan is-santwarju, hemm miktub: “Greater love hath no man”. Interessanti tassew! Certament sentenza mnebħa mill-Evanġelju li jgħid li mahemmx imħabba ikbar minn dik li wieħed jagħti ħajtu għall-ħbiebu!

Zjara ta kortesija lil Konsulat Malti

Is-Sur Charle Mifsud laqa lill-Isqof M Grech li għamel zjara ta kortesija lill-Konsulat Malti f’Victoria. Fost ħwjjeġ oħra, huma tkellmu dwar punti li għandhom x’jaqsmu mal-ħajja tal-emigrant malti kif ukoll dwar tentattivi biex jitkattar in-negozju bejn Awstralja u Malta.