Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.14

14 ta Ottubru, 2011

Merħba mill-emigranti f’Melbourne

Fis-7.30 p.m. Fr. Emmanuel Bonello laqa lill-Isqof Grech kien fil-parroċċa ta San Gużepp Ħaddiem f’Melbourne fejn kien hemm ġemgħa ta emigranti miġbura biex tagħti merħba lill-Isqof. Flimkien ma Fr Bonello kien hemm Fr Dennis Carabott mssp u Fr. Domenic Degiorgio.

Meta sellem lil ġemgħa, l-Isqof Grech wassal dan il-messaġġ: “Hemm żewg motivi għaliex xtaqt nibda din iż-żjara pastorali fostkom f’din il-parroċċa.
More...

L-ewwelnett b’sens ta apprezzament u sostenn lil Fr Emmanuel Bonello, sacerdot mid-djocesi t’Għawdex li ilu ftit aktar minn 25 sena jagħti serviżż pastorali f’din id-djoċesi. Dun Manwel huwa saċerdot validu ħafna u kemm jien kif ukoll l-isqof tiegħu hawnhekk aħna kuntenti bil-ħidma tiegħu.

Imnebbaħ mill-istatwa ta Marija Kewkba tal-baħar meqjuma f’din il-knisja, meta nqis is-sagrifiċċji li għamlu ħafna emigranti meta telqu minn pajjizna biex waslu u stabillixxew ruħhom f’dan in-nażżjon, nara fikom “il-kwekba polari” li jeħtieġu z-zgħazagħ tagħna! Meta ħafna minn uliedna jinsabu f’salib it-toroq ta ħajjithom, huma għandhom bzonn min jista jagħtihom sens ta direzzjoni u jistimulahom biex ma jqatgħux qalbhom mill-isfidi tal-ħajja. Bħala emigranti intom wrejtu dan is-sens ta determinazzjoni kemm meta kellkom bzonn tieħdu deċizjoni iebsa biex tfittxu mergħat ġodda fl-Awstralja, kif ukoll f’xogħolijiet diversifikati li wettaqtu biex stajtu tqegħdu pedament għalikom u għall-familji tagħkom. Il-kuraġġ, is-sens ta iniżjattiva, is-sens ta entrepreneur li kellhom ħafna emigranti huma mudell għaz-zagħzagħ ta llum biex huma ukoll ma jibzgħux jaffrontaw il-ħajja. F’dan is-sens, nikkunsidrakom bħala “kewkba polari” li taf tagħti direzzjoni lil min illlum qiegħed “ibaħħar” fl-oċean miftuħ tal-ħajja. Mhux qed ngħid li  z-zgħazagħ tagħna għandhom jimmitawkom billi anke huma jemigraw; imma li l-ġenerazzjoni zgħazugħa tkun tista titgħallem mill-ezempju tagħkom.

Il-kewkba polari għandna bzonnha ukoll fil-pellegrinaġġ tal-fidi li qegħdin nagħmlu! Huwa fatt li hemm min intilef fiċ-ċpar li bħal għammad qed itellef il-vizjoni tan-nisrani. F’dan ir-rigward, jien ġejt fostkom biex nikkonfermakom fil-fidi biex filwaqt li intom tibqgħu b’ħarsitkom fuq Kristu, bix-xhieda tagħkom intom tkomplu tkunu “il-kewkba” li tmexxu lill-oħrajn għand Gesu.

Nitlob lil Marija, Stella Maris, tieqaf magħkom!”

Wara l-Isqof Mario kellu l-opportunita li jitkellem personalment ma ħafna minn dawk prezenti.