Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.13

13 ta Ottubru, 2011

Tluq minn Warrawong

Fis-7.00 a.m. l-Isqof Grech qaddes fil-kunvent “Our Lady of Fatima” tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta Gesu. F’dan il-kunvent hemm jgħixu Sr. Grace Cini u Sr. Ambrosia Attard.  L-Isqof Grech fisser l-apprezzament tal-Knisja f’Malta għal ħidma li  qegħdin iwettqu dawn ir-reliġjuzi.

Wara l-Isqof Grech telaq lejn Canberra, il-belt kapitali tal-Awstralja fejn kien il-mistieden tal-Kummissarju Għoli għall-Malta l-E.T. Francis Tabone.

Canberra

L-Isqof Grech kien milqugħ fir-residenza privata tal-Kummissjoni ta Malta minn Christian Bonnici, Deputat Kummissarju (fl-assenza tal-Kummissarju li kien impenjat ma Delegazzjoni minn Malta), minn Fred Flask li huwa l-president tal-Assoċċjazzjoni Maltija f’Canberra, u martu Anna, u mis-Sur John Vassallo, martu Marlene u bintu Sarah.

Laqgħa ma l-isqof Awziljarju ta Canberra

L-Isqof Grech kellu laqgħa ma l-E.T. Mons Patrick Power, isqof awziljarju ta Canberra, li kien qed jirrapprezenta lil l-Arcisqof Mark Colleridge li attwalment ingħaqad ma l-isqifjiet Awstraljani li  bħalissa jinsabu Ruma għaż-żjara “ad limina”.

War Memorial and Museum

L-Isqof Grech għamel zjara lil War memorial and Museum li hemm f’din il-belt. Mr. Peter Judge, wieħed mill-gwidi, offra spjegazzjoni dettaljata matul din iz-zjara li bdiet b’tislima u talba fuq il-qabar tas-suldat mhux magħruf li hemm fiċ-ċentru tad an il-monument. L-Isqof innota li fost l-ismijiet ta suldati awstraljnai li mietu fid-diversi gwerrer, hemm uhud li għandhom isem Malti – l-aħħar wieħed huwa ta …… li miet fl-attakk terroristiku li kien hemm f’Bali.  Is-sens patrijottiku ta dawn l-eluf ta suldati li issagrifikaw ħajjithom għal valuri ogħlja, jidher mill-fatt li peress li f’certu epoka kien hemm bracket ta eta, kien hemm adoloxxent li meta nkiteb fil-lista tas-suldati qal li għandu eta aktar milli kellu biex hekk ġie aċċettat għal gwrra, filwaqt li kien hemm raġel aboriġinu li stqarr li għandu nqas eta milli fil-fatt kellu, biex hu ukoll kien enrolled ħalli joffri s-servizz tiegħu!

Laqgħa ta talb mal-komunita Maltija

Il-Kummissarju l-E.T. Francis Tabone mexxa l-komunita Maltija li ltaqgħet fil-knisja ta St.Benedict għal mumenti ta adorazzjoni Ewkaristika. Mons Isqof Grech ippresida din il-liturġija. Qabel ma ta l-Barka Sagramentali, l-Isqof Grech għamel din il-meditazzjoni:
“Ġejt fostkom bħala isqof, maħtur appostlu ta Gesu Kristu, biex nikkonfermakom fil-fidi tagħkom! L-ażżjoni tagħna l-bnedmin għandha valur etern. Għalkemm il-monumenti tal-bronż jibqgħu fiż-żmien aktar minna l-bnedmin, b’daqshekk ma jfissirx li l-bniedem ma għandux valur ogħla mill-bronż! Għalkemm il-bronż jirresisti għat-tul l-isfida taż-zmien, mhux etern! Imma l-bniedem huwa maħluq għall-eternita għax kif jikteb San Pietru fl-ewwel ittra tiegħu jum wieħed huwa bħal elf sena! Miskin il-bniedem li l-orizzont tiegħu jieqaf mat-tmiem tal-ħajja f’din id-dinja!

Ħafna emigranti ġewl-Awstralja għax ħolmu bil-kbir! Meta l-bniedem jieqaf joħlom, ħajtu tkun bħal ilma qiegħed! Il-ħolm ma għandux eta – joħolmu z-zgħazagħ u joħolmu l-anzjani. Il-ħolm huwa stimolu għall-ħajja. Importanti li nixxenqu għal “smewwiet ġodda u art ġdida”. Meta ħolmu bl-Awstralja, l-antenati tagħna sabu art ġdida; issuktaw joħolmu u hekk komplew jiġġeneraw art ġdida! Dawk ta qabilna kellhom dan is-sens tal-eternita li għinhom isawru art ġdida. Nawgura li tkomplu toħolmu kif tistgħu tkomplu tibnu art ġdida li tkun “tnixxi ħalib u għazel”.Il-fidi kristjana tgħinkom tikkontribwixxu biex ikun hawn soċjeta aktar ġusta u ħanina.

Fil-bidu tal-ħolqien Alla ra li kollox kien sew u qiegħed lil bniedem bħala s-sid tal-ħolqien,; imma l-bniedem deherlu li ma għandux joqgħod għal Alla u ħarbatlu il-pjan tiegħu. Flok ma qgħad għar-rieda t’Alla, il-bniedem għamel fattieħ. Imbagħad, imqanqal mill-ħniena, fil-milja taz-zmien Alla bgħat lil Ibnu, imwieled minn mara: lil Gesu Kristu li reġa ħabbeb il-bniedem ma Alla l-Misier. Ma Ġesu, deheru “smewwiet ġodda u art ġdida” Ġesu inawgura era ġdida. Hu radd lil bniedem dikl-abilita biex jgħeleb l-inġustizzja, il-mibgħeda, d-diskriminazzjoni etc. Bl-Evanġelju f’idejh, in-nisrani għandu l-għodda biex jipproġetta smewwiet ġodda. Għahekk importanti li n-nisrani jkompli joħlom”.

Il-laqgħa ta talb intemmet bil-barka sagramentali u b’talba quddiem l-istatwa ta Marija Bambina.

Laqgħa mal-Maltin ta Canberra

Wara l-mumenti ta talb, l-Isqof Grech kellu laqgħa mal-Maltin li jgħixu f’Canberra – madwar 70 persuna kienu prezenti!  Fred Flask għamel kelmtejn ta merħba. Wara messaġġ qasir mill-Kummissarju Tabone, kien imiss lill-Isqof Grech li jwassal messaġġ. Huwa qal:

“Verament waqfa qasira ta inqas minn 24 siegħa f’din il-belt ta Canberra u għalhekk ma kellix il-possibilita nara ħafna minn din il-belt; pero jien kuntent għax rajt il-ġojjel Malti f’din il-belt – lilkom emigranti Maltin. Nara lilkom, rajt kollox! Ser nieħu miegħi għadd ta ritratti li gammajt f’moħħi u f’qalbi u rrid nittama li l-memorja ma titlifhomx! Il-Kummissarju Tabone għadu kif qal li jiftakar meta jien sirt isqof t’Għawdex; imma jien inħoss li għandi qiegħed nissawwar bħala isqof u konvint li din iz-zjara pastorali fostkoml-emigranti fl-Awstralja qed tkompli tgħaġġini biex fil-ministeru tiegħi jkolli aktar imħabba lejn l-emigranti. Mingħajr din id-dimensjoni missjunarja, il-ministeru episkopali tiegħi jkollu xi ħaġa essenzjali nieqsa!
Ħadt nota tal-karba tagħkom biex il-Knisja f’pajjizna tibqa takkumpanjakom possibilment billi tibgħat saċerdot fostkom. Nassigurakom li din it-talba tagħkom ser inressaqha fl-ewwel laqgġa tal-Konferenza Episkopali tagħna. Din il-k tirrifletti l f’qalbkom hemm mhux zrara imma ħuġġieġa mqabda tal-fidi. Kieku m’intomx mgħonija bid-don tal-fidi, kieku ma tesprimux xewqat bħal dawn! Inħeġġiġkom biex tkomplu tfittxu l-wiċċ ħelu ta Ġesu li sar bniedem biex il-bniedem jikseb id-dinjita tiegħu. Nixtieqilkom dan mhux biss għax il-fidi hija r-ruħ tal-ħajja nisranija, imma ukoll għax nemmen li l-insara għandhom sehem x’joffru għal progress tal-Awstralja”.

Iħawwel siġra ta tifkira

Il-Kummissarju Għoli għal Malta, l-E.T. Francis Tabone stieden lill-Isqof Grech biex fl-okkazzjoni taz-zjara tiegħu f’Canberra, huwa jħawwel siġra fil-ġnien tal-Kummissjoni.

Ċena f’ġieħ l-Isqof Grech

Il-Kummissarju l-E.T. Francis Tabone offra ċena fir-residenza tiegħu f’ġieħ l-Isqof Grech. Fost dawk mistiedna kien hemm l-E.T. Arcisqof Giuseppe Lazzarotti li huwa n-Nunzju Apostoliku għall-Awstralja. F’kelmtejn tal-okkazjzoni, l-Isqof Mario Grech qal:

“Jiena nqis din iz-zjara pastorali fl-Awstralja bħala waħda storika. Mhux għax nippretendi li qed nagħmel l-istorja, imma għax fil-ħmistax li ilna hawn fl-Awstralja, iltqajt ma diversi emigranti u meta smajthom jirrakkontawli l-ġrajjiet tagħhom, fhimt li dawn in-nies kitbu l-istorja. Fuq xi uħud iż-żmien ħalla l-marki fuq ġildhom u f’ħajjithom. Hemm paġni sbieħ u oħrajn inqas sbieħ li b’sens ta ġustizzja hemm bzonn nirrikonoxxuhom.  Osservajt ukoll li hemm ħajta tad-deheb f’din l-istorja: is-sehem ta għadd sabieħ ta sacerdoti u religjuzi Maltin. Inħoss li l-ġustizzja titlob li anke dan is-sehem tal-Knisja għandu jigi rikonoxxut. Proprju dawn il-jiem issuġġerejt lil Fr Claude Borg mssp, attwalment id-dekan tas-saċerdoti u religjuzi maltin fl-Awstralja, biex jara li tinkiteb l-istorja tal-kontribut mhux zgħir li tat il-Knisja Maltija f’dan il-qasam.

Illum ukoll għadha qed tinkiteb l-istorja mill-Maltin fl-Awstralja. Normalment l-istorja tevolvi; imma xi kultant jiġri li l-istorja  tagħmel involuzzjoni. Hekk per ezempju l-modkif llum nitkellmu dwar iz-żwieġ u l-familja zġur ma aħnix nuru sinjali ta proġress! Jekk fl-imgħoddi saru ċerti kisbiet f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem, huwa fatt ukoll li llum hemm riskju li jinħolqu forom ġodda ta skjavitu! Wieħed jawgura li kif l-istorja tal-bieraħ fiha paġni li jagħmlu ġieħ lilna l-Maltin, hekk ukoll l-istorja ta llum tibqa tintiseġ bi ġrajjiet valuruzi.

Għalina li għandna vizjoni tal-fidi, l-istorja hija “storja tas-salvazzjoni” fis-sens li nirrikonoxxu li l-awtur tal-istorja huwa Alla. Aħna għandna fiduċja li t-twemmin nisrani jkompli jkun ta ispirazzjoni fin-nisġa tal-grajjiet ta danin-nazzjon. Billi hemm min isejjaħ lil dan il-kontinet bħala “God’s country” wieħed jawspika li verament dan in-nazzjon jipprova jirrispetta dak li jrid Alla biex hekk tassew ikun dehem ta dan l-isem.  Napprezza s-sehem tal-Kummissjoni Għolja Maltija li bil-ħidma tagħha tgħin fl-izvolgiment ta din l-istorja”.