Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.12

12 ta Ottubru, 2011

Zjara lill-Komunita Maltija f’Warrawong

L-Isqof Mario Grech kien milqugħ minn Patri Leonard Testa OFM Conv., li flimkien ma Patri Emanuel Gatt OFM Conv., huwa responsabli mill-parrocca ddedikata lil San Franġisk t’Assisi. Fost dawk li kkoncelebraw mal-Isqof Grech kien hemm Fr. Anthony Mifsud mill-Qala Għawdex imma ilu snin jaħdem fl-arcidjocesi ta Sydney. Il-konċelebranti l-oħra kienu Patri Leonard Testa, Dun Eddie Zammit, Dun Gwann Sultana, Arcipriet Pawlu Sultana, Patri Remig Galea ofm cap.

Għal quddiesa kienu prezenti xi sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta Gesu. Fost ix-xbiehat li hemm fil-knisja, hemm ritratt tal-Qaddejja t’Alla Madre Margerita Debrincat, il-fundatrici ta dawn is-sorijiet.

Fl-omelija tiegħu l-Isqof tkellem dwar ir-rwol tal-familja fil-formazzjoni tal-bniedem. Il-familja hija l-ewwel skola tal-valuri umani; imbagħad billi l-ġenituri huma l-ewwel katekisti ta uliedhom, huwa minn għandhom li l-ulied jircievu t-tagħlim baziku tal-ħajja nisranija.  Dan ir-rwol tal-familja ma jista jiġi sostitwit minn ebda persuna u minn ebda istituzzjoni. Imbagħad  il-familja hija “l-ewwel seminarju” fejn tikber iz-zerriwgħa tal-vokazzjoni saċerdotali jew religjuza. Illum Alla għadu jsejjaħ għas-sacerdozju u għal ħajja kkonsagrata; imma l-bniedem mhux dejjem isib dak l-ambjent li jgħinu jagħraf is-sejħa tiegħu u jieħu ħsieba.  Mons Isqof Grech apprezza l-fatt li fis-snin l-imgħoddija ħargu tlett saċerdoti minn tlett familji tal-emigranti!

Wara l-quddiesa, l-Isqof Grech kellem individwalment lil ħafna minn dawk prezenti. Uħud minn dawk prezenti huma minn Santa Lucija, Għawdex.

Din l-belt tinsab f’zona li hija karatterizzata minn raffenerija enormi li tipproduċi l-ħadid. Fl-imgħoddi kien hemm eluf kbar ta emigranti Maltin u Għawdxin (madwar 28,000) jaħdmu f’din l-industrija. Kien Patri Vitor Bonello OFM Conv., (mix-Xagħra) li fl-1964 ħadem qatiegħ biex qiegħed il-pedamenti ta din il-parrocca. Fl-1968, Patri John Grech OFM Conv., (minn Victoria, Ghawdex) kompla jibni fuq dak li kien nbeda fi zmien Patri Bonello.

Zjara lill-iskola St Francis of Assisi

L-Isqof Grech imbagħad għamel zjara ta kortesija lill-iskola “St Francis of Assisi”. Mr Gavan Hoctor, Assistent Kap tal-iskola, introduca lill-isqof ma diversi għalliema u akkumpanja lill-isqof f’għadd ta klassijiet. L-Isqof Grech kellu l-opportunita jindirizza li gemgħa ta studenti u wieġeb għal xi mistoqsijiet li għamlulu. Għal diversi snin din l-iskola kienet immexxija mis-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta Gesu, infatti l-ewwel kap tagħha fl-1981 kienet Sr. Giovanna Gauci minn Victoria Għawdex.

Zjara fil-George Cross Falcons Club

Iz-zjara tal-Isqof Grech f’Warrawong kompliet b’laqgħa sabieħa mal-komunita Maltija fil-George Cross Falcons Club, li attwalment għandu lil Louis Parnis bħala president. Fi kliem Parnis in-numru ta dawk li attendew għal din l-ikla tal-ħbieb kien ħafna aktar minn dawk li kienu jipparteċipaw f’okkazzjonijiet simili oħra. Parnis fisser l-apprezzament tiegħu għaz-zjara li kien qed jagħmel fosthom l-Isqof Grech għax sa ftit ilu, din il-komunita kienet tħossha maqtugħa u minsija minn dawk li jiġu jaraw lill-emigranti f’Sydney.

Fil-messaġġ tiegħu l-Isqof Grech appella li l-emigranti Maltin biex jibqgħu jikkollaboraw flimkien. Il-mudell ta dgħajsa li timxi bil-qdief għandu jispira l-ħidma għallenija. Għax meta l-qaddifa jaqdfu flimkien u għalkemm huma qaddifa diversi, il-qadfa tkun wahda u b’saħħitha u għaldaqstant tagħti enerġija lil dgħajsa biex b’qawwa tofroq il-mewġ, timxi f’direzzjoni waħda u tasal ‘l bogħod. Hekk jiġri lil bniedem li jsib ruħu f’diversi esperjenzi li nistgħu nxebħuhom mad-“dgħajsa”:

Il-familja qisha “dgħajsa” li tiddependi mill-qdief tal-membri tagħha flimkien! Meta dawk li huma f’din id-dgħajsa jikkoordinaw il-qdief tagħhom, il-familja kapaċi tagħmel avvanzi kbar u tibqa fil-wiċċ anke meta jkun hemm l-imbatt! Meta fil-familja kulħadd jaqdef għal rasu, id-dgħajsa tibqa ddur fuqha nnifisha bir-riskju li tinzel u tinqered! Huwa fatt li mhux kulħadd fil-familja huwa mħarreġ biex jaqdef mal-bqija; għalhekk, importanti li l-familja stess tħarreġ lil membri tagħha għal dan l-impenn; anzi, xieraq li fil-familja jkun hemm imqadef extra, biex jekk jinkiser wieħed, il-qaddief dlonk jissieħeb mal-bqija għax l-familja ma taffordjax li jieqaf il-qdief – altrimenti tibda tinġarr mill-kurrenti qawwi tal-ħajja!

Istituzzjonijiet bħal dan il-club huma għamla oħra ta dgħajsa!  Għaqdiet bħal dawn jagħmlu ħafna ġid. Jekk irridu li dawn l-għaqdiet jibqgħu, hemm bzonn li ngħelbu kull xorta ta frammentazzjoni u għira għal xulxin! Hemm bzonn ta aktar support u kollaborazzjoni bejn l-individwi nfushom u bejn l-istess istituzzjonijiet! Ukoll f’dan il-kaz,  meta l-membri jkunu koordinati fil-qdief jistgħu jagħmlu ħwejjeġ kbar! United we stand, separated we fall!  Dan l-ispirtu ta għaqda tajjeb li mhux biss iħaddan lil komunita Maltija, imma jiġi estiz ukoll għal dawk kollha li jagħmlu parti mis-soċjeta. Fl-aħħar mill-aħħar is-soċjeta hija dgħajsa oħra u aħna lkoll qed inbaħħru f’baħar wieħed! Aktar ma ninkludu oħrajn (mhux Maltin) fil-qdief, aktar jitħaffef il-proċess tal-integrazzjoni tal-emigrant Malti fil-qafas awstraljan.

Imbagħad nara l-ħtieġa ta’ aktar ħidma flimkien bħala “komunita nisranija”, partikularment f’livell ta parroċċa. Ma hemmx lok għal individualizmu fil-ħajja nisranija għax il-fidi nisranija mhix “twemmin privat” imma twemmin fil-komunita li aħna nsiru parti minnha permezz tal-magħmudija. Fidi matura għandha tkun imsieħba minn parteċipazzjoni aktar attiva fil-ħajja tal-Knisja, partikularment fuq livel ta parroċċa! Dan iseħħ bit-tisħib regulari tagħna fil-quddiesa tal-Ħadd kif ukoll billi nuru aktar interess fil-ħidma pastorali tal-komunita. Ukoll f’dan il-kaz, jagħmel ħafna sens jekk in-nisrani juri attenzjoni jew lejn dawk li xi darba kienu fil-Knisja u llum ma għadhomx, kif ukoll lejn dawk li jew għandhom xi twemmin ieħor jew huma bla twemmin u qegħdin jistħarġu! Għal dawn kollha hemm post fid-dgħajsa ta Pietru!

Il-komunita ekklezjali għandha tfittex ukoll li taqdef ukoll flimkien ma gruppi “lajċi” bħal fil-kaz ta dan il-club! Kien ta sodisfazzjon pastorali għalija meta smajt li kien proprju il- George Cross Falcons Club li kien ħa l-inizjattiva biex snin ilu stieden lil Patrijiet Frangiskani Konventwali biex jiġu Warrawong! Wieħed jawgura li dawn l-inizjattivi bejn Knisja u club jibqgħu għax hekk iż-żewġ realtajiet, għalkemm distinti minn xulxin, jikkollaboraw flimkien għal ġid tal-bniedem”.

Zjara lil xi familji

Aktar tard l-Isqof Grech għamel xi zjajjar lil xi familji li joqgħodu f’din il-belt. Fost dawk li ltaqa magħhom l-Isqof kien hemm Joe u Victoria Sultana li joqgħodu Gerroa, Marc u Maria Donoghue f’Kiama.

Laqgħa mar-reliġjuzi f’Warrawong

Iktar tard filgħaxija, l-Isqof Grech kellu laqgħa ta familjarizzazjoni ma P. Leonard Testa ofm conv., u mas-sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta Gesu li attwalment għandhom zewg komunitajiet – waħda f’Warrawong u oħra f’Port Kembla. Sa ftit snin ilu, is-sorijiet kellhom żewġ skejjel primarji imma issa dawn għalqu. Għalhekk issa għandhom aktar ħin biex jgħinu fil-parroċċi bħala formaturi tal-katekisti, ministri straordinarji tal-Ewkaristija, żjajjar lill-morda fi djarhom etc.  Dawn is-sorijiet Maltin tant ilhom f’din iz-zona illi matul is-snin uħud mis-sorijiet tal-istess ordni religjuz, mietu u ndifnu f’Warrawong.  Waħda minn dawn is-sorijiet għamlet kumment interessanti: qalet li fil-knisja parrokkjali tagħhom tant naqas it-tqarbin li mhux biss kellha tħassar ordni biex tixtri ostji ġodda, imma saħansitra l-istess ostji li għandha riservati, bħal donnhom bidlu t-toma daqskemm ilhom fis-sagristija!