Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.11

11 ta Ottubru, 2011

 

 

Monasteru ta Tyburn

Dalgħodu l-Isqof Mario Grech iċċelebra l-quddiesa mal-komunita tas-sorijiet Benedittini klawstrali fil-monasteru ta Tyburn f’Riverstone, Balcktown. Fl-omelija tiegħu l-Isqof Grech qal li kif il-foresta hija l-“pulmun” tad-dinja, hekk ukoll il-monasteru huwa l-pulmun għal ħajja tal-Knisja!  L-Isqof fakkar li ftit aktar minn xahar ilu fid-djoċesi t’Għawdex twaqqaf il-monasteru tas-sorijiet Karissi u talab lil komunita ta Tyburn biex takkumpanja bit-talb l-esperjenza tal-Klarissi f’Għawdex. Għal din il-quddiesa kienu presenti għadd ċkejken ta emigranti Maltin.

Zjajjar lil diversi familji

Matul il-jum, l-Isqof għamel zjara diversi familji fiz-zona ta Blacktown. Hija karatteristika tal-familji tal-emigranti li f’okkazjonijiet bħal dawn il-familja estiza tinġabar f’da waħda, normalment f’dik tal-ġenituri, biex flimkien jagħtu merħba lil mistieden. Wara nofs nhar, l-Isqof kompla jilqa lil dawk li xtaqu jitkellmu miegħu personalment.

Zjara fuq Mount Schoenstat

L-Isqof Grech ittieħed jara l-kumpless ta Mount Schoenstat, magħruf għal kappella ċkejkna fejn hia meqjuma xbieha tal-Madonna

Tislina lil Grupp ta talb

L-Isqof Grech iltaqa ma wieħed mill-gruppi ta talb għal lajċi fil-katina tal-Chirst Catholic Community. Il-mexxejja tad an il-grupp hija s-Sinjura Cauchi. L-Isqof Grech appella biex ikun hemm aktar impenn serju mill-adulti biex jieħdu sehem f’attivita kataketika. Huwa ta sodisfazzjon li għadd ġmielu mill-membri li jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat, ircivew xi ministeru.

Intervista fuq stazzjon TV

L-Isqof Mario kien mistieden jagħti intervista li għandha tixxandar fuq stazzjon televisiv lokali.

Laqgħa tal-Kumitat Organizzattiv taz-Zjara.

F’laqgħa li kellu mal- membri tal-Kumitat li kienu responsabli mit-tfassil u t-twettiq tal-programm f’Sydney, Mons Isqof fisser s-sodisfazzjon tiegħu għall-esperjenza profondament umana u daqstant ieħor ekklezjali, li hu għamel f’dawn il-jiem gewwa Sydney. Bl-għajnuna tal-membri ta dan il-Kumitat, matul din il-waqfa qasira l-Isqof kellu l-okkazjoni jqiegħed idejh fuq ir-realta tal-emigranti u frott ta dan issa huwa jifhem id-dimensjoni missjunarja ta hidma pastorali f’dan il-pajjiz.