Iż-żjara tal-Isqof Grech fl-Awstralja - Komunikat n.7

Komunikat no. 7

 

Illum, 6 ta Ottubru, 2011

Laqgħa mas-saċerdoti u r-reliġjuzi Maltin f’Sydney

Illum l-Isqof Mario Grech kellu laqgħa mas-saċerdoti u r-reliġjuzi Maltin li qed iwettqu ħidma pastorali fil-belt ta Sydney. Fost it-32 li kienu prezenti kien hemm Fr. Carmel Sciberras, membri tas-Soċjeta missjunarja ta San Pawl, tlett sorijiet Dumnikani, Sr Joyce Vella u s-Superjura Provincjala tagħha (Pie Discepole), Fr John Briffa sdb, Sem. Anthony Saliba, Sr Mary Ann Grima fmm, Sr Catherine Spiteri (Sisters of Mercy) u ħames sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta Gesu minn Port Kembla. Kien hemm ukoll is-Soċji tal-Museum George Felice, Joseph Cassar, Nicholas Buhagiar u Mary Damaxxena Ciappara.

F’kelmtejn li l-Isqof Grech għamel fil-bidu tal-laqgħa, huwa rrimarka li llum is-saċerdoti/reliġjuzi li qegħdin jaħdmu fost l-emigranti Maltin u Għawdxin jeħtieġu li jkunu jafu jitkellmu zewg lingwi.  Hu ma kienx qed jirreferi għal lingwa Maltija u dik ingliza. Huwa sostna li l-operaturi pastorali għandhom bzonn jitħarġu f’lingwaġġ li biħ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma dawk l-emigranti li waslu l-Awstralja sittin u ħamsin sena ilu; imbagħad importanti ukoll li jizvillupaw lingwaġġ li jiftiehem mal-ġenerazzjoni l-ġdida ta ulied l-emigranti Maltin!

Huwa fatt li kull ġenerazzjoni għandha l-lingwaġġ tagħha u l-Knisja ma tistax tippretendi li tkellem lil ġenerazzjoni ta llum bl-istess skemi u metafori li kienu (u forsi għadhom) jagħmlu sens għal dawk li llum għandhom ‘l fuq minn 50/60 sena!

Il-katidrali ta Sydney u ta Paramatta huwa mudell ta dan it-tip ta lingwaġġ differenti. Filwaqt li t-tifsila tal-kartidral ta Sydney tinzel tajjeb mal-ġenerazzjoni tal-bieraħ, min ħaseb u ppjana l-katidral ta Paramatta zġur li kellu f’moħħu li juza stil u sinjali li jagħmlu sens għal bniedem ta llum. Dak li seħħ fid-disinn tal-qafas tal-knisja tal-ġebel, hemm bzonn li jsir fit-tfassil tal-“knisja mibnija minn ġebel ħaj” (il-komunita ekklezjali).

L-Isqof Grech stqarr li dan mhux proċess ħafif għax hemm ir-riskju li dan l-adattament fil-ħajja ekklezjali ma jkun mifhum u jista jġib reazzjoni mill-“old guard”; imma huwa esercizzju meħtieġ jekk il-Knisja ma tridx li tifga fit-tradizzjoni u tmut.  Jekk nibqgħu nibżgħu minn dan il-proċess, probabilment minn naħa l-waħda l-komunikazzjoni tal-Knisja mal-“anzjani” maz-zmien tkompli tiżvojta, u minn naħa l-oħra l-Knisja titlef l-opportunita li turi r-rilevanza tal-fidi għal bniedem ta llum. L-Isqof temm jgħid li dan l-aġġornament talbu l-Koncilju Vatikan II u huwa parti mill-proċess tal-evangelizazjoni l-ġdida li dwarha ser isir is-Sinodu tal-Isqfijiet li ġej.

Fid-diskussjoni li saret wara minn dawk presenti ħargu dawn il-punti:

1.    Illum fl-Awstralja ir-religjon il-ġdida huwa l-isports, filwaqt li kull ma jmur in-nies qed titlef l-interess f’Alla. Il-maġġoranza tal-insara fl-Awstralja ma jipprattikawx il-fidi. 25% tal-populazzjoni Awstraljana hija Kattolika u minn dawn 14% biss jiprattikaw il-fidi. Hemm il-periklu li r-religjon tmut “a gracious death”. Huwa f’dan il-kuntest li qed isibu ruhhom ulied l-emigranti tagħna!

2.    Xi uħud ma jħossuhomx attratti lejn il-“Knisja” kif hija proġettata sa llum! Ma jħossux “loyalty” lejn il-Knisja.

3.    Wieħed minn dawk presenti qal li fil-fehema tiegħu llum fl-Awstralja ma hemmx ħtieġa ta saċerdot malti għal emigranti maltin biss, imma saċerdot malti għandu jindirizza lill Awstraljani.  Fi zmien 20/30 sena oħra, il-komunita maltija għad tintemm u għalhekk jaqbel mal-Isqof Grech li l-Knisja għandha bzonn tibda tfittex lingwaġġ ġdid.  Hu kompla jisħaq li wasal iz-zmien li llum issir insistenza mal-familji tal-emigranti maltin biex jgħinu lill-uliedhom u lill-ulied uliedhom jinserixxu ruħhom fil-knisja awstraljana.

4.    Il-komunita tal-emigranti maltin (nsara) ma għandhix tkun komunita parallela mal-Knisja awstraljana, imma għandha tidħol fi proċess li bil-mod il-mod twassal biex ikun hemm transizzjoni minn “kultura religjuza maltija” għall- “kultura religjuza awstraljana”.

5.    Il-Knisja Awstraljna hija “knisja tal-emigranti”. Il-kleru Awstraljan mhux kleru indigenu (Awstraljan) imma huma sacerdoti minn diversi nazzjonijiet. L-emigranti jsofru minn nostalgija għal pajjiz tal-oriġini.

6.    Huwa fatt li meta l-emigranti jikbru fiz-zmien, meta jiġu biex jitkellmu dwar l-ħajja ntima spiritwali tagħhom, minkejja li jkunu jafu jitkellmu bl-ingliz, ikunu jridu jesprimu ruħhom bil-linġwa materna tagħhom. “Il-moħħ jitkellem bl-ingliz, imma l-qalb titkellem bil-malti”. Għalhekk, il-Knisja f’pajjizna ma tistax tinsa lil dawn – anke jekk għal dan il-fenomenu għad jgħib maz-zmien.

7.    Socju tal-Museum fisser li sa ftit snin ilu kien ikollhom madwar 120 tfal għad-duttrina; illum dan in-numru niżel ħafna u wara li jircievu s-sagramenti t-tfal ma jibqgħux jattendu.

8.    Saċerdot prezenti osserva li fis-snin l-imgħoddija, f’Sydney biss ħarġu ħames saċerdoti minn familji ta emigranti Maltin u Ghawdxin. Xieraq li l-familji nsara tal-emigranti jerfgħu ukoll parti mill-piż tal-vokazzjonijiet llum.

9.    Membru tas-MSSP fakkar li meta l-ewwel patrijiet tagħhom waslu l-Awstralja fl-1957 u marru fil-parrocca ta Kensington u wara North Sunshine, huwa ħadu magħhom kwadru tal-Madonna Ta Pinu.

10.    Fl-ewwel zmienijiet kemm is-saċerdoti  kif ukoll ir-religjuzi maltin kien imfittxija ħafna mill-emigranti biex jagħtuhom għajnuna soċjali.

Fi tmiem il-laqgħa, l-Isqof Grech radd ħajr lil dawk prezenti għas-servizzi li b’mod tassew ġeneruz qed joffru lill-emigranti tagħna u lill-Knisja fl-Awstralja. Huwa ikkonkluda li minn dak li sema minn fomm dawk prezenti, huwa jemmen li taħt l-irmied hemm ġamar jaqbad ….. u jekk wieħed jonfoħ fuqu, anke nifs ħelu, dak il-ġamar jerġa jieħu u jkollu l-qawwa li jabbad il-Knisja u s-soċjeta!

Zjajjar lil xi familji

Filgħaxija l-Isqof Grech għamel zjarat lil xi familji tal-emigranti.