Bidu tal-proċess djoċesan għall-beatifikazzjoni tas-Saċerdot Għawdxi Dun Mikiel Attard

dunmikielattard.jpgIlbieraħ filgħaxija, it-Tnejn 1 ta’ Novembru 2010 Mons Isqof Mario Grech ħabbar li fil-futur qarib id-Djoċesi ta’ Għawdex se tagħti bidu tal-proċess djoċesan għall-beatifikazzjoni tas-saċerdot Għawdxi Dun Mikiel Attard. Mons Isqof ħabbar dan waqt pontifikal fil-Katidral ta’ Għawdex, fl-okkażjoni tas-solennità tal-Qaddisin kollha. Għal dan il-għan huwa ħatar lir-Rev. Dun Anton Sciberras MSSP bħala Postulatur u lir-Rev. Dun Daniel Xerri bħala Viċi Postulatur. Mons Isqof bagħat komunikat lill-parroċċa tan-Nadur, fejn twieled Dun Mikiel Attard, biex jgħarrafhom b’din id-deċiżjoni.

Fl-omelija tiegħu waqt l-istess pontifikal, Mons Isqof Mario Grech qal li “il-bnieden qaddis huwa dak li fid-dinja dejjem ifittex li jara lil Alla sakemm imbagħad jgħaddi biex fil-ħajja ta’ dejjem igawdi l-viżjoni beatifika. Dun Mikiel mhux biss kien bniedem li jfittex biex jiskopri s-sinjali tal-preżenza ta’ Alla – anke dawk is-sinjali l-aktar sempliċi – , imma hu kien ukoll jgħin, permezz tad-direzzjoni spiritwali, lil ħafna biex ma jħarsux fil-baħħ… imma biex ħarsithom tistrieħ fil-Mulej.”