Nota tal-ET Mons Isqof Mario Grech lill-Poplu ta’ Alla f’Ghawdex

Gheziez,

Billi l-ET Mons Isqof Nikol Cauchi jinsab rikoverat l-isptar u l-kundizzjoni ta’ sahhtu hija kritika, nappella, b’sens ta’ dmir lejh li refa’ fuqu l-piz tat-tmexxija tal-Knisja f’Ghawdex ghal 38 sena, biex noffru talb herqan ghalih bl-intercessjoni tal-Madonna.

Ghalina s-sacerdoti, li hafna minna rcevejna l-ordinazzjoni sacerdotali bit-tqegħid ta’ jdejh, niltaqghu llejla fis-7.30pm fis-Seminarju biex naghmlu mument ta’ talb ghall-Isqof Cauchi.

L-Insara lajci huma mistiedna jingabru llejla fil-knejjes parrokkjali u fil-knejjes l-ohra fejn nhar ta’ Hamis issir l-adorazzjoni ewkaristika biex joffru talb herqan lil Alla ghall-fejqan tal-Isqof Nikol Cauchi.

+ Mario Grech
Isqof ta’ Ghawdex