L-IŻVILUPP PROPOST F’ĦONDOQ IR-RUMMIEN
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI INTERDJOĊESANA AMBJENT

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tixtieq toffri xi riflessjonijiet u tagħti l-opinjoni tagħha fuq l-iżvilupp propost ta’ marina, hotel u binjiet oħra f’Ħondoq ir-Rummien, limiti tal-Qala, Għawdex. Dan tixtieq tagħmlu għaliex tħoss li d-diskussjoni pubblika li qanqal u li għadu jqanqal dan l-iżvilupp propost, qed tindirizza prinċipji fundamentali u għazliet importanti li jeħtieg li nagħmlu bħala pajjiż li hu mpenjat fl-iżvilupp sostenibbli ta’ dawn il-gżejjer.
Din l-opinjoni u dawn ir-riflessjonijiet huma bbażati fuq l-informazzjoni tal-EIS  dwar il-proġett propost; ta’ rapporti oħra fosthom dawk ikkummissjonati mill-Kunsill Lokali tal-Qala (Ġunju 2010), kif ukoll fuq ħsibijiet u argumenti li l-Kummissjoni ippublikat fuq diversi temi relevanti matul dawn l-aħħar snin.

Niżżel l-Istqarrija għall-Istampa minn ħawn