Titħabbar il-mewt ta’ Mons Ġużepp Piscopo

piscopo-joseph.jpgIlbieraħ filgħodu, il-Ġimgħa 21 ta’ Mejju 2010, tħabbret il-mewt ta’ Mons Ġużepp Piscopo, minn San Lawrenz, Għawdex. Dun Ġużepp twieled fit-23 ta’ Settembru 1932 u ġie ordnat saċerdot fit-13 ta’ April 1958. Nitolbu lill-Mulej Alla jagħtih il-glorja ta’ dejjem fis-Sema.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tnejn 24 ta’ Mejju fil-parroċċa ta’ San Lawrenz. Il-quddiesa tal-funeral tibda fl-4.00p.m. RIP.