In-nies tagħna qed jitilfu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi. Għalkemm għandna parti mill-poplu li għandha alleanza ma’ xi partit politiku jew ieħor minħabba dak kollu li din l-alleanza tista’ ssarraf għall-gwadann personali, ma jidhirx li għandna daqstant nies li huma interessati fil-politika. Hemm dawk li huma partiġġjani imma m’humiex politiċi! Hu probabbli li wieħed mill-motivi għaliex dan qed iseħħ huwa għax id-demokrazija rappreżentattiva tinsab fi kriżi, liema kriżi tikxef problema aktar wiesgħa u serja: il-kriżi tal-kultura u taċ-ċiviltà f’din il-fażi ta’ tranżizzjoni minn epoka moderna għal epoka post-moderna. Meta l-valuri li fuqhom iserraħ l-ekwilibriju istituzzjonali jinbidlu jew jevaporaw, l-istituzzjonijiet (il-familja, l-iskejjel, ix-xogħol, is-sistema politika, eċċ) jibdew juru konsenturi. Il-kriżi strutturali tindika li qed nitilfu s-sens etiku tal-ħajja.
Dan josservah il-Papa Benedittu XVI meta jikteb li “minħabba l-influwenza ta’ fatturi ta’ ordni kulturali u ideoloġiku, is-soċjetà ċivili u sekulari llum hija mitlufa – tinsab f’sitwazzjoni ta’ fixla u konfużjoni. Intilfet l-evidenza oriġinarja tal-fundament tal-essri uman u tal-imġieba etika tiegħu. Id-duttrina fuq il-liġi morali naturali qed tiskontra ruħha ma’ fehmiet li huma ċ-ċaħda diretta tagħha. Dan kollu għandu konsegwenzi gravi fuq l-ordni ċivili u soċjali”
Niżżel il-verżjoni sħiħa minn hawn