Nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju 2009, fil-Kattidral ta’ Għawdex ser issir l-Ordinazzjoni tal-Presbiterat minn Mons Isqof Mario Grech. Il-ħin ikun fis-6.30pm.
Dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti huma Anthony Bajada, Joseph Curni u Richard Farruġia mill-parroċċa ta’ Marija Bambina, Xagħra.
Bi preparazzjoni għal-Ordinazzjoni tal-Presbiterat ser issir Velja ta’ Talb fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu, nhar il-Gimgħa 12 ta’ Ġunju 2009, fid-9.00 p.m
L-insara tad-Djoċesi huma mħeġġa li jieħdu sehem u bil-qalb joffru t-talb tagħhom għal-dawn il-kandidati li ser jirċievu l-Ordni tal-Presbiterat.