Ġbir għall-Vittmi tal-Gwerra fil-Palestina

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jiġbor materjal għall-vittmi tal-gwerra fil-Palestina. Il-materjal li qed jinġabar jikkonsisti f’ħaxix fil-bottijiet, tonn taż-żejt, kutri u ilma. Il-ġbir se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 25 ta’ Jannar. L-oġġetti għandhom jittieħdu fl-Uffiċċji tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex, fil-Ħeliport, bejn it-8.00am u l-4pm.