Missjoni Djoċesana: Iż-żjajjar fil-familji
5-23 ta’ Jannar

logo-missjoni-djocesana.jpgIl-Knisja f’Malta tixtieq tkun kewba bħall-kewba tal-Maġi preżenti fil-ħajja biex permezz tal-Kelma ta’ Alla takkumpanjahom u tgħinhom biex f’ħajjithom iffitxu lil Alla bis-sinċerita’, isibuħ, u jadurawah bħala l-Mulej li kapaċi jibdel ħajjithom
(Mill-Pastorali tal-Isqfijiet għall-Avvent 2008)

Iż-żjajjar fil-familji tagħna għadna nharsu lejhom bħala mument ta’ grazzja.  Il-missjunarji li se jzuru l-familji tagħna huma mess biex aħna niftakru li aħna l-Poplu ta’ Alla, imsejħin biex inkunu qaddisin (Rum 1,7)

Dawn iz-zjajja inqisuhom bħala “ittra ta’ San Pawl” li qed jiktbilna llum, bħalma darba kiteb lill-Insara ta’ Korintu: ” Pawlu, li Alla ried isejjaħlu biex ikun appostlu ta’ Kristu Ġesù, u Sòsteni ħuna, lill-knisja ta’ Alla li qiegħda f’Korintu; lil dawk li tqaddsu fi Kristu Ġesù, msejjħa biex ikunu qaddisin flimkien ma’ dawk kollha li f’kull pajjiż isejjħu l-isem ta’ Ġesù Kristu, is-Sid tagħhom u tagħna grazzja u sliem mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu. Jiena niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi minħabba fikom għall-grazzja li Alla takom, lilkom fi Kristu Ġesù;fih intom stagħnejtu f’kollox, f’kull kelma, f’kull għerf daqs kemm ix-xhieda ta’ Kristu kienet imwettqa fikom. Għalhekk m’intom nieqsa minn ebda don, intom u tistennew id-dehra ta’ Sidna Ġesù Kristu. Huwa hu li jwettaqkom sa l-aħħar biex tkunu bla ħtija fil-jum ta’ Sidna Ġesù Kristu. Alla jżomm kelmtu, minnu kontu msejħin biex tidħlu fix-xirka ta’ Ibnu Sidna Ġesù Kristu.” (1 Kor 1, 1-9)

Għaliex dawn iż-żjajjar? Biex bħala Nsara, membri tal-Knisja f’Għawdex:

  • nerġgħu niskopru s-sbuħija ta’ Ġesu’ u tal-kominita’ li temmen
  • nerġgħu nagħżlu li nħobbu lil Ġesu’
  • inħossu l-ħtieġa li niċċelebraw l-Ewkaristija tal-Ħadd u nkomplu miexja ‘l quddiem fil-ħajja tal-fidi