Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re
Il-Ħadd, 23 ta’ Novembru 2008

celberazzjoni_djocesana_poster.jpg

Il- Festa ta’ Kristu Sultan ser tiġi ċċelebrata fir-Rabat  nhar il-Ħadd, 23 ta’ Novembru 2008.

Dawk kollha responsabbli kif ukoll l-membri kollha tal-Għaqdiet u Movimenti Kattoliċi u Gruppi Ekkleżjali oħra flimkien mal-insara Għawdxin kollha huma mitluba biex jattendu għall-Funzjoni ta’ Kristu Re li jsir fir-Rabat minn Pjazza Savina għall-Pjazza San Franġisk.


Il-programm,  li jibda fl- 4.30pm jinkludi :

L-Ewwel Mument : Espożizzjoni tal-Ewkaristija (Pjazza Savina) : Ċelebrazzjoni  Talb u Kant.

It-Tieni Mument : Purċissjoni minn Pjazza Savina,għall-Pjazza Indipendenza, Triq ir-Repubblika,Triq taħt Putirjal, u tagħlaq  fi Pjazza San Franġisk fejn issir l-Adorazzjoni, ikun hemm kant, Ċelebrazzjoni tal-Kelma t’Alla, Mima:“ l-0fferti tal-inċens’, diskors ta’ l-Isqof  t’Għawdex Mario Grech, u Benedizzjoni Ewkaristika.

Jekk ikun il-maltemp jew ix-xita kollox isir mill-ewwel fil-Knisja tax-Xewkija