Kunsill għall-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

L-għanijiet ewlennin tal-Kunsill huma li:

  • Iħares l-edukazzjoni fl-Iskejjel tal-Knisja fuq it-tagħlim u twemmin nisrani kif imfisser fid-dokumenti uffiċjali tal-Knisja, u jimxi fuq il-linji gwida u l-istruzzjonijiet li l-Isqof u l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi jħabbru minn żmien għall-ieħor;
  • Jaħdem biex iżomm l-Iskejjel tal-Knisja fuq quddiem fil-qasam tal-edukazzjoni, u jaħdem id f’id mad-Diviżjoni u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, mas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija, u mal-Private Schools Association;
  • Iħares l-interessi speċifiċi tal-Iskejjel tal-Knisja u jieħu l-passi kollha meħtieġa biex iġib ’il quddiem dawn l-interessi;
  • Iżomm quddiem għajnejh dak kollu li jitolbu l-Att tal-Edukazzjoni, ir-regolamenti u l-linji gwida li jagħtu l-Ministeru u d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, il-Ftehim fuq l-Iskejjel tal-Knisja li sar bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta’ Malta, u xi direttivi li s-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija jħoss li għandu jagħti fl-interess tal-Iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex.

Ara l-istatut kollu minn hawn

Membri tal-Kunsill: Fr Effie Masini (Delegat tal-Isqof), Fr Emmanuel Saliba, Sister Francesca Abela fcj, Horace Mercieca, Joe W Psaila