Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fis-7 ta’ Novembru, ċelebrata minn Dun Mikiel Galea.
Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament ghalihom. Fl-iskema ta’ temi magħżula għal din is-Sena Pawlina mill-Isqof Nikol Cauchi meħuda mit-tagħlim li ħallielna San Pawl, din id-darba jmiss “Il-Ġustifikazzjoni”. L-ispunt hu l-versett “Il-bniedem ma jkunx iġġustifikat bl-opri tal-Liġi imma bil-fidi f’Ġesu’ Kristu” (ittra lill-Galatin, kap 2:16).
Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.
Justification in First Friday Call for Gozo Professionals
The Gozitan Graduates Movement invites graduates and members of all professions in Gozo (including couples) for First Friday Mass on 7th November, said by Fr Michael Galea.
As usual, this will be at St Augustine’s church (Victoria) at 8.30 pm - a late enough evening time to help them accept this opportunity and get to hear a homily especially directed at them. In the schedule of themes chosen for this Pauline Year by Bishop Nicholas Cauchi from St Paul’s teachings, it is the turn of “Justification”. This is based on verse 16 of chapter 2 from the letter to the Galatians (“Someone is reckoned as upright not by practicing the law but by faith in Jesus Christ”).
The sacrament of Reconciliation will be available from 8.15.