Ordinazzjoni ta’ tliet Djakni ġodda

Iktar ritratti 

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2008, Mons Isqof Mario Grech mexxa quddiesa solenni li fiha ordna tliet djakni ġodda għad-Djoċesi ta’ Għawdex. Id-djakni ġodda huma: Anthony Bajada, Joseph Curmi u Richard Nazzareno Farrugia, it-tlieta mill-parroċċa Marija Bambina tax-Xagħra. Il-quddiesa ta’ l-Ordinazzjoni saret fil-Knisja Katidrali. Flimkien ma’ l-Isqof ikkonċlebraw numru kbir ta’ saċerdoti, fosthom is-Superjuri tas-Seminarju Maġġuri. Għall-quddiesa, flimkien ma’ għadd ta’ familjari ta’ l-ordinandi, kien hemm numru sabiħ ta’ lajċi nsara u gruppi tal-vokazzjonijiet. Il-kor tax-Xagħra “Voci Angeliche” flimkien mal-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ animaw il-kant tal-quddiesa.