It-tielet anniversarju tal-Pontifikat ta’ Benedittu XVI

benedict-xvi.jpgFl-okkażjoni tat-tielet anniversarju mill-ħatra tal-Papa Benedittu XVI, li jaħbat nhar is-Sibt li ġej 19 ta’ April, il-Knisja f’Għawdex se tfakkar din il-ġrajja permezz ta’ Quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Tommaso Caputo, Nunzju Apostoliku, nhar il-Ħadd 20 ta’ April 2008 fis-Santwarju Madonna ta’ Pinu, fil-11.15a.m. L-insara lajċi huma mistiedna jipparteċipaw f’din il-quddiesa flimkien mas-saċerdoti, reliġjużi u persuni kkonsagrati. Nistiednu wkoll biex is-Sibt u l-Ħadd filgħodu jittellgħu l-bnadar fuq il-bjut b’sinjal ta’ rispett lejn il-Papa.