ĠESU`, l-isbaħ esperjenza tiegħek
Ktieb ġdid minn Lumen Christi Pubblications

Ġesu, l-isbaħ esperjenza tiegħek - Front Cover 

Wara li jien qrajt il-ktieb “Ġesu`, l-isbaħ esperjenza tiegħek”, nissuġġerilek tikseb kopja tiegħu u taqraħ.  Hawn għandek ktieb li jgħinek tkun ħabib ta’ l-Evanġelju, mhux biss għax jgħinek tirrifletti dwar il-Kelma ta’ Gesu` imma ukoll għax ilaqqgħek ma esperjenzi li ġarrbu xi qaddisin ħbieb ta’ l-Evanġelju”

Silta mill-messaġġ ta’ Mons. Isqof Mario Grech dwar il-ktieb
30 ta’ Jannar 2008

Il-ktieb Ġesu`, l-isbaħ esperjenza tiegħek huwa traduzzjoni tal-ktieb “Experiencing Jesus” (1985) ta’ John Wijngaards.  It-traduzzjoni għall Malti saret minn Carm C. Cachia. 

 Dan il-ktieb li jinbiegħ €6 jista jinkiseb mill-librara ewlenin f’Malta jew Għawdex jew direttament minn:

Lumen Christi Publications
Triq Fortunato Mizzi
Victoria, Għawdex
Tel: 21560496

Nota dwar il-ktieb

Permezz ta’ riflessjoni profonda ta’ l-iskrittura, Wijngaards juri li Ġesu` wiegħed lid-dixxipli tiegħu “konoxxenza reali tal-preżenza tiegħu”.  Il-ktieb “Ġesu`, l-isbaħ esperjenza tiegħek” (Experiencing Jesus, 1985) jipprezenta mod uniku dwar kif nistgħu nakkwistaw din il-konoxxenza li għandha tkun parti importanti mill-ħajja ta’ kull nisrani.

Fl-ewwel parti tal-ktieb l-awtur jeżamina xi tfisser esperjenza reliġjuza; kif Ġesu` wiegħed din l-eperjenza lid-dixxipli tiegħu; kif esperjenza ġenwina ta’ Alla tista’ tingħaraf minn esperjenzi oħra ta’ alluċinazzjoni; kif Ġesu` juri lilu nnifsu permezz ta’ l-iskrittura u l-Ispirtu; u kif il-qari ta’ l-Iskrittura jista’ jgħinna nżommu kuntatt ma’ Ġesu` fil-ħajja tagħna ta’ kulljum.

Imbagħad hu jirrakkonta l-istejjer ta’ sitt qaddisin u mistiċi li kienu jużaw l-Iskrittura bħala l-punt tat-tluq tagħhom biex jiltaqgħu ma’ Kristu.  L-istejjer ta’ Simeon it-teologu l-ġdid, Tereża ta’ Lisieux, Franġisku t’Assisi, Tereża t’Avila, Charles de Foucauld u Simone Weil juruna l-mod li bih huma kellhom esperjenza t’Alla u fl-istess ħin iħeġġuna biex nissuktaw f’din it-tiftixa spiritwali tagħna.

Fl-aħħar kapitli, Wijngaards joffrilna punti prattiċi kif nistgħu nkunu sensittivi għall-preżenza ta’ Ġesu` u ta’ l-Ispirtu fina, dwar kif għandna nitolbu u dwar kif għandna nħaddnu u nmantnu l-kelma ta’ l-Iskrittura ġewwa qalbna.