Għoti tal-Ministeru tal-Lettorat

pressreleaselogo.jpgNhar il-Ħadd 24 ta’ Frar 2008 (it-tieled Ħadd tar-Randan) Mons Isqof Mario Grech ser jagħti l-ministeru tal-Lettorat lil erba’ seminaristi tad-Djoċesi ta’ Għawdex: Francesco Pio Attard u Simon M. Cachia mill-parroċċa ta’ San Ġorg, Maximilian Grech mill-parroċċa tal-Kattidral u Noel Debono mill-parroċċa tan-Nadur. Il-funzjoni se ssir waqt il-Quddiesa, fl-4.00pm, fil-parroċċa tal-Vizitazzjoni, Għarb.

Il-ministeru tal-lettorat huwa l-ewwwel ministeru li s-seminaristi jirċievu fit-triq tagħhom għall-ordinazzjoni saċerdotali. Fl-għoti ta’ dan il-ministeru, s-seminaristi jiġu msieħba fil-missjoni tax-xandir tal-Kelma ta’ Alla bħala letturi istitwiti.

L-insara tad-Djoċesi huma msejħa biex jitolbu għal-dawn iż-żgħazagħ u huma ukoll mistiedna jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni.