Preżentazzjoni u tberik ta’ trabi

 

Iktar ritratti minn hawn

 

pressreleaselogo.jpgIl-bieraħ, 2 ta’ Frar, fl-okkażjoni tal-Kandlora (Festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju), l-Azzjoni Kattolika stiednet lill-familji li kellhom tarbija matul is-sena 2007 biex jippreżentaw it-tarbija tagħhom lill-Madonna. Matul ċelebrazzjoni tal-Kelma t’Alla, immexxija mill-Isqof Mario Grech, sar ir-rit tal-preżentazzjoni tat-Trabi lill-Madonna u t-tberik tal-familji. Iċ-ċerimonja saret fis-Santwarju ta’ Pinu.