L-Isqof ibierek il-bhejjem fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Sant’Anton Abbati

Iktar ritratti minn hawn

Nhar il-Ħadd 20 ta’ Jannar, fix-Xagħra Għawdex kienet iċċelebrata l-festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati. Filgħaxija Mons Isqof Mario Grech ippresieda l-funzjonijiet liturġiċi: fit-3.30p.m. ikkonċelebra mal-Kapitlu u l-Kleru tax-Xagħra fil-Bażilika, u fil-5.00p.m. mexxa purċissjoni bl-istatwa ta’ Sant’Anton Abbati lejn Pjazza Sant’Anton. Hemmhekk sar talb fuq l-annimali biex bl-interċessjoni ta’ Sant’Anton Abbati jkunu meħlusa mill-mard. Imbagħad l-Isqof bierek l-annimali u lill-folla preżenti. Wieħed wieħed il-mijiet ta’ sidien preżenti bl-annimali u tfal bil-pets tagħhom għaddew minn quddiem Mons Isqof li tahom borża xgħir, panina ta’ Sant’Anton u ktieb bil-ħajja tal-Qaddis. Mons Isqof fl-aħħar ta l-Barka Sagramentali fil-Knisja tal-Qaddis.