Żjara tan-Nunzju Apostoliku l-E.T. Mons. Tommaso Caputo f’Għawdex

nunzju.jpgIs-Sibt li ġej 19 ta’ Jannar 2008 in-Nunzju Apostoliku l-Ġdid għal Malta, l-Eċċ. T. Mons. Tommaso Caputo se jżur uffiċjalment id-Djoċesi ta’ Għawdex.

Fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu n-Nunzju se jiltaqa’ mas-Saċerdoti għal mument ta’ talb u riflessjoni flimkien. Din il-laqgħa se ssir fil-Knisja Ragħaj it-Tajjeb, Victoria.

Għall-ħabta ta’ l-4.00p.m. in-Nunzju se jagħmel żjara fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Fis-6.00p.m. in-Nunzju se jmexxi konċelebrazzjoni fil-Knisja Katidrali. Flimkien mas-saċerdoti huma mistiedna l-lajċi nsara tad-djoċesi.