Jannar 2008

variouspics2.jpg

L-Offerta ta’ kuljum
Qalb ħanina ta’ Ġesù, kull ma nitlob, kull ma nagħmel, kull ma nġarrab f’dan il-jum jgħaddi għalik mill-Qalb bla tebgħa ta’ Marija għat-tpattija ta’ dnubietna, l-aktar tad-dagħa li bih hu mżeblaħ l-Isem qaddis tiegħek, u għall-fehmiet kollha li Inti għandek f’kull quddiesa li titqaddes. Noffrihomlok fuq kollox għall-fehmiet ġenerali u missjunarji ta’ l-Apostolat tat-Talb għal dan ix-xahar. Qalb ta’ Ġesù, agħti ’l-Knisja tiegħek saċerdoti qaddisin li jaħdmu b’żelu kbir għall-glorja tiegħek.

Intenzjoni Ġenerali
Sabiex il-Knisja żżid l-impenn tagħha favur l-għaqda sħiħa u viżibbli, biex turi biċ-ċar in-natura tagħha ta’ komunità ta’ mħabba.

Intenzjoni Missjunarja
Sabiex il-Knisja fl-Afrika tkompli tkun sinjal u għodda ta’ ġustizzja u rikonċiljazzjoni.

Intenzjoni ta’ l-Isqfijiet tagħna
Biex id-djalogu li l-Knisja f’pajjiżna għandha mas-soċjetà tagħna jħalli kotra ta’ frott.