Servizz ta’ l-Abbatini fil-Vatikan – Sajf 2008

Picture of Altar Boy

Għaqda Abbatini
Djoċesi ta’ Għawdex

26 ta’ Novembru 2007

  1. Jistgħu japplikaw l-Abbatini li twieldu bejn l-1994 u 1996 u li qatt ma għamlu l-imsemmi servizz liturġiku f’San Pietru.
  2. Wieħed irid ikun ilu Abbati ta’ l-inqas sitt xhur, li tulhom ikun attenda għal-laqgħat, kif ukoll għal minimu ta’ tmien servizzi liturġiċi kull xahar, u jkollu mġiba tajba fil-Knisja u barra.
  3. Din is-sena għandhom jintgħażlu erba’ abbatini minn Għawdex. Jekk aktar minn Abbati wieħed li jservi fl-istess parroċċa jgħaddi mill-eżami, jintgħażel biss min iġib l-iżjed marki. L-Abbati li jitħalla barra minħabba f’hekk, is-sena ta’ wara hu obbligat għal-laqgħat ta’ tħejjija.
  4. L-Abbati jrid jattendi għal-laqgħat li jsiru bi tħejjija u jġib ruħu sew. Min ifalli żewġ laqgħat bla raġuni valida jitqies li ma jridx ikompli t-tħejjija.
  5. L-applikanti għandhom jibagħtu sa l-Erbgħa, 19 ta’ Diċembru:
    l-applikazzjoni mimlija, bid-dikjarazzjoni tal-missier/ta’ l-omm u tad-Direttur ta’ l-Abbatini u
    b) Lm 5 għall-ispejjeż kollha tal-kors (lezzjonijiet, kotba u eżami).
  6. L-applikazzjonijiet jintbagħtu jew bil-posta jew jitwasslu bl-idejn il-Kurja għand Sr. Paola Vella, ir-receptionist tal-Kurja: it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, mid-8.45 a.m. sal-11.15 a.m.. Meta jiġu bl-applikazzjoni, jieħdu mingħand Sr. Paola żewġ kotba.
  7. L-ewwel laqgħa ser issir is-Sibt, 12 ta’ Jannar 2008 fis-Seminarju fit-8.30 a.m.. Wara jsiru ħames laqgħat oħra (19 u 26 ta’ Jannar 2006; 2 u 23 ta’ Frar u l-1 ta’ Marzu) qabel l-eżami finali li jkun is-Sibt, 8 ta’ Marzu.

Biex tapplikaw, tista’ ssir fotokopja ta’ l-applikazzjoni.
Dejjem tagħkom

Rev. Brian Mejlak
Direttur Djoċesan

PS L-applikazzjonijiet jinkisbu mill-uffiċċju parrokkjali/rettur , mill-Kurja jew minn hawn.