Programm taż-Żjara tar-Relikwa
ta’ San Ġorġ Preca fid-Djoċesi ta’ Għawdex
5 – 6 ta’ Ġunju 2007
It-Tlieta 5 ta’ Ġunju
3.00pm Ir-Relikwa titlaq bil-lanċa miċ-Ċirkewwa
3.30pm Wasla tar-Relikwa fil-port ta’ l-Imġarr
Ir-Relikwa tibda żżur il-Parroċċi
Issir żjara qasira fil-knisja parrokkjali. Ir-relikwa tintlaqa’ fil-parroċċa permezz ta’ mota ferriħija. Mal-wasla fil-knisja, tingħad talba mill-kappillan, u jsir il-bews tar-relikwa. Matul il-bews tar-relikwa, jingħad talb mill-kitbiet ta’ Dun Ġorġ. Fit-tmiem tingħata l-barka bir-relikwa. Il-kappillan/arċipriet fejn tkun tinsab ir-relikwa, jakkumpanja l-istess relikwa għand il-parroċċa li jmiss.
3.45pm Parroċċa Għajnsielem
4.25pm Parroċċa Qala
5.05pm Parroċċa Nadur
5.50pm Parroċċa San Ġorġ
6.30pm Titlaq translazzjoni bil-mixi bir-Relikwa ta’ San Ġorġ Preca mill-Bażilka ta’ San Ġorġ għall-Katidral
7.15pm Konċelebrazzjoni Solenni fil-Knisja Katidrali
8.30pm Ikomplu ż-żjajjar fil-Parroċċi
8.40pm Parroċċa Fontana
9.20pm Parroċċa San Lawrenz
10.00pm Parroċċa Għarb
10.40pm Santwarju ta’ Pinu: isir lejl ta’ talb fis-Santwarju
L-Erbgħa 6 ta’ Ġunju
6.00am Ikomplu ż-żjajjar fil-Parroċċi
6.20am Parroċċa Xagħra
7.00am Parroċċa Żebbuġ
7.40am Parroċċa Għasri
8.20am Parroċċa Kerċem
9.00am Parroċċa Munxar
9.40am Parroċċa Sannat
10.30am Ċelebrazzjoni għat-Tfal ta’ l-Iskejjel Primarji (Knisja Rotunda tax-Xewkija)
12.00 Żjara l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
2.45pm Parroċċa Xewkija
3.45pm Ir-Relikwa tittieħed lura Malta
Il-Ħamis 7 ta’ Ġunju
4.30pm Pellegrina[[ minn Għawdex għal fuq il-Fosos tal-Furjana
(Niġu lura mal-vapur ta’ l-10.30pm)